Return   Facebook   Zip File

Obligatory

TALBA OBBLIGATORJA QASIRA

TINGĦAD DARBA F’ERBGHA U GĦOXRIN SIEGĦA, F’NOFS IN-NHAR

Jiena xhud O Alla tiegħi, li inti ħlaqtni biex inkun nafeK u biex inqimeK. Nixhed, f’dan il-waqt, id-dgħufija tiegħi u l-qawwa tiegħeK, il faqar tiegħi u l-għana tiegħeK.

M’hemmx Alla ieħor għajr Inti, l-Għajnuna fis-Saram, li Tgħix Fik Innifsek.

#7994
- Bahá'u'lláh

 

TALBA OBLIGATORJA MEDJA (Medium Obligatory Prayer)

TINGHAD KULJUM, FIL-GĦODU, F’NOFS IN-NĦAR, U FIL-GĦAXIJA

*Kulmin jixtieq jitlob ħalli jaħsel idejħ, u waqt li jaħsilħom igħid:

Saħħaħli idi, O Alla tiegħi, sabiex tkun tista’ taħfen il-Ktieb tiegħeK hekk tajjeb li

l-folol dinjija ma jkollhomx setgħa fuqu. Ħarsu, immela, mit-tbagħbis kollu li mhux tiegħu. Int Hu fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi.

U waqt li qed jaħsel wiċċu, igħid

Jien dawwart wiċċi lejK, O Sid tieħhi! Dawlu bid-dija ta’ wiċċeK. Ħarsu, immela milli jdur lejn xi ħaddieħor għajreK.

Iqum imbagħad, u jħares lejn il-Qiblih (Punt ta’ Qima, jiġifieri, Bahjí ‘Akká), igħid:

Alla xehed li m’hemmx Alla ieħor għajrU. Tiegħu salniet ir-Rivelazzjoni u tal-ħolqien. Hu, fis-sew, wera lilU Nnifsu li Hu Għajn-il Jum tar-Rivelazzjoni, li tħaddet fuq is-Sinaj, li minnU l-Ogħla Xefaq iġġagħal jiddi, u Siġret li Lotu li m’hemmx triq lil hinn minnha itkellmet, u li minnU kienet mistqarra s-sejħa lil dawk kollha li jinsabu fis-sema u fl-art: “Araw, Dak Li Għandu Kollox ġie. L-art u s-sema, il glorja u s-setgħa huma t’Alla, is-Sid tal bnedmin kollha, u Sid tat-Tron fil-għoli u ta’ l-art taħtana!”

Jitbaxxa, mbagħad, b’idejh fuq irkobbtejh, u jgħid:

Merfugħ Int fuq it-tifħir tieghi u t-tifħir ta’ kulmin jinsab biswiti, fuq tifsil ħsiebi u tifsil ħsieb dawk kollħa li jinsabu fis-sema u dawk kollha fuq l-art!

Imbagħad, bil- wieqfa b’idejh miftuħa, il-pali ‘l fuq lejn wiċċu, igħid:

Twarrabx minn xewqtu, O Alla tiegħi, lil dak li, b’subgħajn jitolbu, iggranfa mal-keffa tal-ħniena tiegħeK u tal-grazzja tiegħeK, O Int li minn dawk li juru ħniena Int l-Aktar Ħanin!

Joqgħod, imbagħad, bil-qiegħda u jgħid:

Jien xhud tal-għaqda tiegħeK u tal-waħdan tiegħeK, u li Inti Alla, u li m’hemmx Alla ieħor ghajreK. Inti, fis-sewwa, kxift il-Kawża tiegħeK, u wettaqt il-Ftehim tiegħeK, u ftaħt beraħ il-bieb tal-grazzja tiegħeK lil dawk kollha li jgħixu fis-sema u fuq l-art. Il barka u s-sliem, il-merħba u l-glorja, iserrħu fuq dawk illi tħobb Inti, li t-tibdiliet u il-ġrajjiet tad-dinja ma żammewhomx lura milli jduru lejK, u li taw kulma kellhom, bit-tama li jiksbu dak li jagħmel minneK. Inti, fis-sewwa, Dak li Jaħfer-Dejjem, il-Ġid-Kollu.

(Jekk xi hadd jagħżel igħid minflok il-vers twil dawn il-kelmiet: “Alla xehed li m’hemmx Alla ieħor għajrU, l-Għajnuna fit-Tiġrib, li Tgħix Fik Innifsek,” ikun biżżejjed. U hekk ukoll, ikun biżżejjed jekk huwa, waqt li jkun bil qiegħda, jagħżel li jgħid dawn il kelmiet: “Jien xhud tal-għaqda tiegheK u tal-waħdan tiegħeK, u li Inti Alla, u li m’hemmx Alla ieħor għajreK.”)

#7995
- Bahá'u'lláh

 

TALBA OBLIGATORJA TWILA

TINGĦAD DARBA F’ERBGĦA U GĦOXRIN SIEGĦA

Kulmin jixtieq igħid din it-talba,iqum bil-wieqfa u jdur lejn Alla u, wieqaf f’imkienu, igħarrex lejn il-lemin u lejn ix-xellug, bħalkieku qed jistenna l-ħniena ta’ Sidu, l’Aktar Ħanin, Li Jagħder. Imbagħad igħid:

O Int li Int is-Sid ta’ kull isem u l-Ħallieq tas-smewwiet! NitolboK f’ġieh dawk Li huma Egħjun il-Jum tal-Essenza tiegħek li ma tidher, l-Aktar Għoli, il-Glorjuż Għal Kollox, biex tagħmel mit-talba tiegħi nar li jaħraq l-istarijiet li għattewni minn ġmieleK, u dawl li jmexxini lejn l-oċejan tal-Preżenza tiegħeK.

Jerfa’ imbagħad idejh f’talba lejn Alla - imbierek u merfugħ ikun Hu – u jgħid:

O Int ix-Xewqa tad-dinja u l-Maħbub tan-nazzjonijiet! Inti tarani indurlejK, u meħlus minn kull irbit ma’ xi ħadd għajr miegħeK, u mdendel mal-ħabel tiegħeK, illi b’taħriku il-ħolqien kollu kien imċaqlaq. Jien il-qaddej tiegħeK, O Sid tieghi, u iben il-qaddej tiegħeK. Arani wieqaf lest biex inwettaq ir-rieda tiegħek u x-xewqa tiegħeK, u ma nixtieq xejn aktar għajr il-għoġba tajba tiegheK. Jien nitolbok f’ġieh l-Oċejan tal-ħniena tiegħeK u Kewkbet il-Jum tal-grazzja tiegħeK biex tagħmel bil-qaddej tiegħeK skond ir-rieda u l-għoġba tiegħeK. F’ġieh is-setgħa tiegħeK li tisboq kull kliem u tifħir! Dak kollu li ġie mikxuf minneK huwa x-xewqa ta’ qalbi u l-maħbub ta’ ruħi. O Alla, Alla tiegħi! Tħarix għal fuq tamieti u l-egħmejjel tiegħi, le ingħid hares fuq ir-rieda tiegħeK li sebqet is-smewwiet u l-art. F’ġieh Ismek l-Aktar Kbir, O Int Sid tan-nazzjonijiet kollha! Jien xtaqt biss dak li xtaqt Inti, u nħobb biss dak li tħobb Inti.

Jinżel imbagħad għar-rkobbtejh u, ibaxxi ġbinu lejn l-art, igħid:

Inti merfugħ fuq kull tifsira ta’ kull wieħed għajr dik tiegħeK, u fehma ta’ xejn għajr Inti.

Iqum bil-wieqfa mbagħad u jgħid:

Agħmel it-talba tiegħi, O Sid tiegħi, għajn t’ilmijiet ħajja li bihom nista’ ngħix sakemm iddum saltnateK, u nkun nista’ nsemmiK f’kull dinja tad-dinjiet tiegħeK.

Jerġa’ jerfa’ idejħ f’talba, u jgħid:

O Int li l-firda minnek dewbet il-qlub u l-erwieħ u li bin-nar ta’ mħabbtek id-dinja kollha sfat imkebbsa! NitolboK f’ġieh l-Isem tiegħeK li bih rażżant il-ħolqien kollu, biex ma żżommx lura minni dak li hu miegħeK, O Int Li ssaltan fuq il-bnedmin kollha! Inti tara, O Sid tiegħi, dan il-barrani jħaffef lejn l-ogħla dejr minn tiegħu taħt il-baldakkin tal maestà tiegħeK u ‘l ġewwa mill-konfini tal-ħniena tiegħeK; u dan il ħati jfittex l-oċejan tal-maħfra tiegħeK; u dan il-kieni il-qorti tal-glorja tiegħeK; u din il-ħlejqa fqajra id-dija tal-ġid tiegħeK. TiegħeK hi s-setgħa li tamar, dak kollu li trid. Jien xhud li Inti għandek tiġi mfaħħar fl-egħmejjel tiegħeK, u li tkun obdut f’dak illi tamar, u li tibqa’ bla mxekkel fl-amar tiegħeK.

Imbagħad jgħolli idejh, u jsemmi tliet darbiet l-Akbar Isem. Jiltewa mbagħad b’idejh mistrieħa fuq irkobbtejh quddiem Alla – imbierek u merfugħ ikun Hu – u jgħid:

Inti tara, O Alla tiegħi, kif l-ispirtu tiegħi tqanqal f’ġismi u fl-imfasal tiegħi, imxennaq biex jagħtiK qima, u fil-kilba tiegħu biex jiftakreK u jfaħħreK; kif ixiehed dak li Lsien ta’ l-Amar Tiegħek xehed fis-saltna ta’ taqwilek u sema tal-għarfien tiegħeK. Jien inħobb, f’din il-qagħda, O Sid tiegħi, nitolboK dak kollu li hu miegħeK, biex inkun nista’ nuri l-faqar tiegħi, u nkabbar it-tjieba tiegħeK u l-għana tiegħeK, u nkun nista’ nistqarr djufiti, u nuri il qawwa tiegħeK u s-setgħa tiegħeK.

Imbagħad iqum bil-wieqfa u jgħolli idejh darbtejn f’talba, u jgħid:

M’hemmx Alla għajreK, is-Setgħani, it-Tajjeb f’Kollox. M’hemmx Alla għajreK, l-Ammar, kemm fil-bidu u fit-tmien. O Alla, Alla tiegħi! Il-maħfra għamlitli l-ħila, u l-ħiena tiegħeK saħħitni, u s-sejħa tiegħek qajmitni, u l-grazzja tiegħek regħetni ‘l fuq u mexxitni lejK. Min jien, wara kollox, li nazzarda nieqaf f’bieb il-belt tal-qarbien tiegħek, jew wiċċi ndawwar lejn id-dwal li qed jiddu mis-sema tar-rieda tiegħeK? Inti tara, O Sid tiegħi, din l-imsejkna ħlejqa tħabbat fuq il-bieb tal-grazzja tiegħeK, u din ir-ruħ ħfejfa tfittex ix-xmara tal-ħajja dejjiema mill-idejn tat-tjieba tiegħeK. TiegħeK il-amar kull ħin, O Inti Li Int is-Sid tal-ismijiet kollha; u tiegħi ir-rassenjazzjoni u kejn ir-rieda għar-rieda tiegħeK, O Ħallieq tas-smewwiet!

Igħolli mbagħad tliet darbiet, u jgħid:

Akbar hu Alla minn kull kbir iehor!

Jinżel għar-rkobbtejh imbagħad u, jbaxxi ġbinu lejn l-art, igħid:

Int għoli wisq għat-tifhir ta’ dawk li jqarrbu lejK biex jitilgħu fis-sema ta’ qarbieneK, jew għall-agħsafar ta’ qlub dawk li huma devoti lejK biex jiksbu l-bieb ta’ biebeK. Jien xhud li Int ġejt imqaddes fuq kull attribut u mqaddes fuq kull isem. M’hemmx Alla għajreK; l-Ogħla, il-Glorjuż-f’Kollox.

Jogħod bil-qiegħda mbagħad u jgħid:

Jien xhud ta’ dak li għalih xehdu l-ħwejjeġ maħluqa, u l-Folla fil-għoli, u l-għammara tal-ogħla Ġenna, u lil hinn minnhom ilsien il-Kobor innifsu mix-Xefaq kollu-glorjuż, li Inti Alla, li m’hemmx Alla għajreK, u li Dak li kien muri huwa l-Misteru Moħbi, il-Għelm Għażiż, li minnu l-ittri H u U (Hu) intgħaqdu u twaħħdu flimkien. Jien xhud li Hu dak li ismU ġie mħażżeż mill- Pinna ta’ Aktar Għoli, u li kien imsemmi fil-Kotba t’Alla, is-sid tat-Tron fil-għoli u ta’ l-art taħt.

Iqum bil-wieqfa mbagħad u jgħid:

O Sid ta’ kulma hu u Sid kull ħaga li tidher jew li ma tidhirx! Inti tara d-dmugħ tiegħi u t-tnehid li nlissen, u tisma’ kribi, u t-twerżiq tiegħi, u l-ilment ta’ qalbi. F’ġieh is-setgħa tiegħek! Nuqqasijieti żammewni lura m’li noqrob lejK; u dnubieti żammewni ‘l bogħod mill-qorti ta’ qdusiteK. ImħabbteK, O Sid tiegħi, għanietni, u l-firda minneK qerditni, u l-bogħod minneK kielni. NitolboK f’ġieh passejK fix-xagħri, u f’ġieh il kelmiet “Hawn jiena. Hawn jiena” li l-magħżulin minneK lissnu f’din l-immensita, u f’ġieh nifsijiet ir-Rivelazzjoni tiegħeK, u l-irjieħ ħlejja tas-Sebħ tad-Dehra tiegħek, biex tamar li nkun nista’ ngħarrex fuq ġmieleK u nifli kulma hemm fil-Ktieb tiegħeK.

Isemmi mbagħad tliet darbiet l-Akbar Isem, u jitbaxxa b’idejh mistrieħa fuq irkobbtejh, u jgħid:

Tifħir lileK, O Alla tiegħi, Int li għintni niftakreK u nfaħħreK, u ġagħaltni nsir naf lilU Li hu Għajn il-Jum tal-egħliem tiegħeK, u ġagħaltni nitbaxxa quddiem is-Sinjurija TiegħeK, u numilja ruħi quddiem ir-Ras Allija, u nistqarr dak li kien imqawwel minn Ilsien il-kobor tiegħeK.

Iqum imbagħad u jgħid:

O Alla, Alla tiegħi! Dahri milwi bit-toqol ta’ dnubieti, u t-telqa tiegħi qerditni. Kulmeta naħseb fuq l-egħmejjel tiegħi ħziena u l-qalb tajba tiegħeK, qalbi ddub ġo fija, u demmi jagħli fil-vini tiegħi. F’ġieh ġmieleK, O Int ix-Xewqa tad-dinja! Nistħi nerfa’ wiċċi lejK, u idejja mxennqin jistħu jinfetħu lejn is-sema ta’ tjubiteK. Inti tara, O Alla tiegħi, kif dmugħi jżommni milli niftakreK u milli nfaħħar tjibateK, O Int is-Sid tat-Tron fil-għoli u ta’ l-art taħt! Nitolbok f’ġieh egħliem is-Saltna tiegħeK u l-misteri ta’ ArteK biex tagħmel bil-maħbubin tiegħeK kif jixraq lil tjubiteK, O Sid ta’ kulma hu, u xieraq għall-grazzja tiegħeK, O Sultan ta’ dak li jidher u li ma jidhirx!

Isemmi mbagħad tliet darbiet l-Akbar Isem, u jinżel għar-rkobbtejh bi ġbinu lejn l-art, u jgħid:

Tiħir lileK, O Alla tagħna, li bgħattilna hawn isfel dak li jqarribna lejK, u fornejtna b’kull ħaġa tajba imniżżla minneK fil-Kotba tiegħeK u l-Kitbiet tiegħeK. Ħarisna, nitolbuK, O Sid tiegħi, mill-armati ta’ stħajjil fieragħ u tmaħħiħ għal xejn. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, li Taf-Kollox.

Jerfa’ mbagħad rasu, u joqgħod bil-qiegħda, u jgħid:

Jien xhud, O Alla tiegħi, għal dak li għalih xehdu il-magħżulin tiegħeK, u nistqarr dak li l-għammara ta’ l-ogħla Ġenna u dawk li daru madwar it-Tron setgħani tiegħeK marru jistqarru. Saltniet l-art u s-sema huma tiegħeK, O Sid tad-dinjiet!

#7996
- Bahá'u'lláh

 

General

Familja

Glorja lileK, O Sid Alla tiegħi! NitolboK taħfirli u lil dawk li jgħinu l-Fidi tiegħeK. Fis-sew, Inti s-Sid sultani, li Taħfer, l’Aktar Ġeneruż. O Alla tiegħi! Ħalli qaddejja hekk tiegħeK li huma mċaħħdin mill għarfien jiddaħħlu fil-Kawża tiegħeK; għax darba jsiru jafu biK, ikunu xhieda tas-sewwa f’Jum il-Ħaqq u ma jħaqqux il-kixfiet ta’ tjubiteK. Niżżel fuqhom l-għotjiet tal-grazzja tiegħeK, u agħtihom, qegħdin fejn qegħdin, sehem kotran minn dak li Int amart għat-twajbin fost il-qaddejja tiegħeK. Inti fis-sewwa il-Ħakkiem Suprem, it-Tajjeb f’Kollox, l-Aktar Ta’ Qalb Tajba.

O Alla tiegħi! Ħalli tferrigħ tjibateK u tberikeK jinżlu fuq djar li dawk li jgħammru fihom ħaddnu l-Fidi tiegħeK, bħala għelm tal-grazzja tiegħeK u bħala sinjal ta’ l-imħabba-ħanina mill-preżenza tiegħeK. Fis-sew, hadd ma jgħaddik fl-għoti tal-maħfra. Li kellha t-tjieba tiegħeK tinżamm lura minn xi ħadd, kif jista’ hu jitqies fost dawk li mxew wara l-Fidi fil-Jum tiegħeK?

Berkini, O Alla tiegħi, u lil dawk li għad jemmu fl-egħliem tiegħeK fil-Jum miktub, u lil dawk li jgħożżu imħabbti f’qalbhom – imħabba li Int tfarra’ fihom. Fis-sew, Inti s-Sid ta’ kulma hu tajjeb, l-Aktar Għoli.

#7954
- The Báb

 

Fejqan

O Alla, Alla tiegħi! Nitolbok f’ġieh l-oċejan tal-fejqan tiegħeK, u f’ġieh id-dwal ta’ Kewkbet il-Jum tal-grazzja tiegħeK, u f’ġieh l-isem tiegħeK li bih Int għalibt lill-qaddejja tiegħeK, u f’ġieh it-tixrid setgħani tal-Kelma tiegħek l-aktar għolja u s-saħħa tal-Pinna tiegħeK l-aktar sultana, u f’ġieh il-ħniena tiegħeK li kienet qabel il-ħolqien ta’ kulma jinsab fis-sema u fl-art, biex issaffini bl-ilmijiet ta’ tjibateK minn kull mard u taħwid, u minn kull għajja u djufija.

Inti tara, O Sid tiegħi, lil dak li qed jitolboK jistenna fil-bieb tat-tjieba tiegħeK u dak li poġġa tamietu fiK imdendel mal-ħabel tal-qalb kbira tiegħeK. La tiċħadlux, nitolboK, il-ħwejjeġ li qed ifittex mill-oċejan tal-grazzja tiegħeK u Kewkbet il-Jum ta’ mħabbteK-Ħanina.

Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. M’hemmx Alla ieħor għajreK, Li Taħfer-Dejjem, l-Aktar Ġeneruż.

#7962
- Bahá'u'lláh

 

L-Isem tiegħeK hu l-fejqan tiegħi, O Alla tiegħi, u l-fakra tiegħeK hija l-kura tiegħi. QarbieneK huwa it-tama tiegħi, u l-imħabba għaliK hija s-sieħba tiegħi. Il-ħniena tiegħeK lejja hija il-fejqan tiegħi u l-għajnuna tiegħi kemm f’din id-dinja u fid-dinja li ġejja. Inti, fis-sewwa, it-Tajjeb f’Kollox, li Taf-Kollox, il-Għaref f’Kollox.

#8001
- Bahá'u'lláh

 

Fil-Għodu

Jien stenbaht fil-kenn tiegħeK, O Alla tiegħi u jixraqlu dak li jfittex dak il-kenn li jgħammar fis-Santwarju tal-ħarsien tiegħeK u l-Fortizza tad-difiża tiegħeK. Dawwal l-essenza ġewwiena tiegħi, O Sid tiegħi, bid-dija ta’ Għajn il-Jum tar-Rivelazzjoni tiegħeK, kif Int dawwalt l-essenza barranija tiegħi b’dawl il-għodwa tal-għoġba tiegħeK.

#7967
- Bahá'u'lláh

 

Jien qomt dal-għodu bil-grazzja tiegħeK, O Alla tiegħi, u ħallejt dari b’fiduċja sħiħa fiK, u nerħi lili nnifsi f’idejK. Niżżel fuqi, immela, mis-sema tal-ħniena tiegħeK, barka min-naħa tiegħeK, u ħallini nerġa lura d-dar qawwi u sħiħ kif Inti ħallejtni noħroġ taħt il- harsien tiegħeK bi ħsebijieti fissi fuqeK.

M’hemmx Alla ieħor għajreK, il-Wieħed, li Bħalu M’Hemmx, li Jaf Kollox, il-Għaref f’Kollox.

#7968
- Bahá'u'lláh

 

Ġemgħat

Imbierek il-post, u d-dar, u l-imkien, u l-belt, u l-qalb, u l-ġebel u l-kenn, u l-għar, u l-wied, u l-art, u l-baħar, u l-gżira, u x-xagħri fejn issemma l-isem t’Alla, u merfugħ tifħirU.

#7959
- Bahá'u'lláh

 

Inti glorifikat, O Sid Alla tiegħi! Nitolbok f’ġieh l-irjieħ neffieħa tal-grazzja tiegħeK, u f’ġieh dawk Li huma l-Egħjun il-Jum tal-għan tiegħeK u Mkejjen is-Sebħ tal-lehma tiegħeK, biex tibgħat fuqi u fuq dawk kollha li fittxew wiċċeK dak li jidhrilhom it-tjieba tiegħeK u l-grazzja kotrana, u xieraq għal għotjieteK u għoġbateK. Imsejken u kiebi jien, O Sid tiegħi!

Għaddasni fl-oċejan tal-ġid tiegħeK; bil-għatx, ħallini nixrob mill-ilma ħaj ta’ mhabbteK- ħanina.

NitolboK, f’ġieh Innifsek u f’ġieh Dak li Int ħtart bħala Wirja tal-Essenza tiegħeK u l-Kelma reqqija tiegħeK lil kulma jinsab fis-sema u fuq l-art, biex tiġbor flimkien il-qaddejja tiegħeK taħt il-dell tas-Siġra tal-Providenza ħlejja tiegħeK. Għinhom, immela, biex jiksbu sehemhom mill-frott tagħha, imejlu widnejhom lejn it-tħaxwix tal-weraq tagħha, u għall-ħlewwa ta’ leħen l-Għasfur li jgħanni fuq il-friegħi tagħha. Inti, fis-sewwa, l-Għajnuna fis-Saram, li Ma tistax Tintlaħaq, is-Setgħani, l-Aktar Tajjeb.

#7960
- Bahá'u'lláh

 

O Alla tiegħi, O Alla tiegħi! Fis-sewwa, dawn il-qaddejja qed iduru lejK, jitolbu lis-saltna tal-ħniena tiegħeK. Fis-sewwa, huma miġbudin mill-qdusija tiegħeK u mkebbsin bin-nar ta’ l-imħabba tiegħeK, ifittxu l-konferma minn saltnateK tal-għaġeb, u jittamaw li jiksbu saltnateK smewija. Fis-sewwa, huma mxennqin għal inżul għotjietek, jixtiequ d-dawl mix-Xemx tar Realtà. O Sid! Agħmilhom lampi jiddu, egħliem ta’ ħniena, siġar għammiela u kwiekeb imxejxa. Halli jersqu ’l quddiem fis-servizz tiegħeK u jkunu magħqudin miegħeK bil-qofol u bl-irbit ta’ l-imħabba tiegħeK, jixxenqu għad-dwal tal-għoġba tiegħeK. O Sid! Agħmilhom egħliem ta’ tmexxija, mudelli ta’ SaltnateK li ma tintemmx, mewġ il-baħar tal-ħniena tiegħeK, mirja ta’dawl il-maestà tiegħeK.

Fis-sewwa, Inti il-Ġeneruż. Fis-sewwa, Int il-Ħanin. Fis-sewwa, Int il-prezzjuż, il-Maħbub.

#7961
- `Abdu'l-Bahá

 

Ġenituri

Nitolbok maħfra, O Alla tiegħi, maħfra bil-qalb kif Inti tixtieq lill-qaddejja tiegħeK iduru biha għandeK. Nitolbok taħsel dnubieti kif jixraq lis-Sinjurija tiegħeK, u li taħfirli, lill-ġenituri tiegħi, u lil dawk li fl-istima tiegħeK daħlu fl-imkien tal-imħabba tiegħeK b’mod li jixraq lil saltnateK sebbieqa u xieraq sewwa għall-glorja ta’ setgħeteK smewija.

O Alla tiegħi! Int ispirajt lil ruħi biex toffri it-talba tagħha lileK, u li mhux għax Int, ma kontx insiħleK. Imfaħħar u msebbaħ Int; jien nagħtiK tifhir kif Int urejt lileK innifsek lili, u nitolboK li taħfirli, ladarba jien inqast fid-dover tiegħi li nagħrfek u ma mxejtx fit-triq tal-imħabba tiegħeK.

#7969
- The Báb

 

Għajnuna w Assistenza

O Int li wiċċeK hu l-għan tal-qima tiegħi, li ġmieleK hu l-kenn tiegħi, li l-għamar tiegħeK huwa ħsiebi, li tifħireK hu t-tama tiegħi, li l-providenza tiegħeK hi s-sieħba tiegħi, li mħabbteK hi l-kaġun ta’ l-essenza tiegħi, li titrifeK hu s-sabar tiegħi, li qarbieneK hu x-xewqa tiegħi, li l-preżenza tiegħeK hi l-aktar xewqa għażiża tiegħi u l-ogħla għan fi ħsiebi, nitolboK biex ma żżommx lura minni l-ħwejjeg li Int ħejjet għall-magħżulin fost il-qaddejja tiegħeK. Fornini, immela, bit-tajjeb ta’ din id-dinja u ta’ l-oħra.

Inti, fis-sewwa, is-Sultan tal-bnedmin kollha. M’hemmx Alla għajreK, Li Jaħfer-Dejjem, l-Akbar Ġeneruż.

#7942
- Bahá'u'lláh

 

Sid! Aħna nġibu ħniena, urina l-għoġba tiegħeK; foqra, agħtina sehem mill-oċejan tal-ġid tiegħeK; fil-bżonn, xebbagħna Inti; imkejna, agħtina l-glorja tiegħeK. It-tjur tas-sema u l-bhejjem tal-għalqa jingħataw l-ikel kuljum mingħandeK, u l-ħlejjaq kollha jieħdu sehemhom mill-ħsieb u mill-ħanina mħabbteK.

La ċċaħħadx lil dan id-dgħajef mill-grazzja tiegħeK tal-għaġeb u ferrex bis-setgħa tiegħeK fuq din ir-ruħ bla ħila it-tjieba tiegħeK.

Agħtina il-ħobż ta’ kuljum, u kattar il-ħtiġijiet tal-ħajja, biex ma naqgħu fuq ħadd għajr fuqeK, ningħaqdu għal kollox miegħeK, nimxu fi triqateK u nsemmgħu il-misteri tiegħeK. Int is-Setgħani u Li Thobb u li Tforni lill-bnedmin kollha.

#7943
- `Abdu'l-Bahá

 

Għaqda

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Għaqqad il-qlub tal-qaddejja tiegħeK, u ikxef lilhom il-għan kbir tiegħeK. Halli jimxu wara l-kmandamenti tiegħeK u josservaw il-Liġi tiegħeK. Għinhom, O Alla, fil-ħidma tagħhom, u agħtihom is-saħħa biex jaqduK. O Alla! Tħallihomx għalihom infushom, iżda mexxi passejhom bid-dwal tal-għarfien tiegħeK, u ferraħ qlubhom bl-imħabba tiegħeK. Fis-sew, Int Dak li Jgħinhom u s-Sid tagħhom.

#7991
- Bahá'u'lláh

 

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Fis-sew, jien insejjaħleK u nitlob quddiem il-għatba tiegħeK, nitolboK li-l-ħniena kollha tiegħeK tinżel fuq dawn l-erwieħ. Irfinahom għall-għoġba tiegħeK u għas-sewwa tiegħeK.

O Sid! Għaqqad u orbot flimkien il-qlub, qabbel flimkien l-erwieħ kollha, u henni l-ispirti bl-egħliem ta’ qdusiteK u waħdaneK. O Sid! Agħmel dawn l-uċuh middija bid-dwal ta’ waħdaneK. Saħħaħ ġenbejn il-qaddejja tiegħeK fil-qadi ta’ saltnateK.

O Sid, Int li għandek ħniena bla qies! O Sid tal-maħfra u tal-mogħdrija! Aħfer dnubietna, agħder nuqqasijietna, u agħmel li nduru lejn is-saltna tal-ħenn tiegħeK, insejħu is-saltna tas-setgħa u l-qawwa, umli fil-maqdes tiegħeK u baxxuti quddiem il-glorja tax-xieħda tiegħeK.

O Sid Alla! Agħmilna bħal mewġ il-baħar, bħal fjuri tal-ġnien, magħquda, naqblu bejnietna bit-tjieba ta’ mħabbteK. O Sid! Wassa’ l-isdra bl-egħliem ta’ waħdaneK, u agħmel lill-bnedmin kollha kwiekeb jiddu mill-istess għoli ta’ glorja, bħal frott perfett jikber fuq is-siġra tiegħeK tal-ħajja.

Fis-sew, Int is-Setgħani, Li Tgħix Fik InnifseK, Li Tagħti, Li Taħfer, Li Tagħder, Li Taf Kollox, il-Ħallieq Waħdani.

#7992
- `Abdu'l-Bahá

 

Irġiel Miżżewġa

O Alla, Alla tiegħi! Din il-qaddejja tiegħeK qed issejjaħleK, tafda fiK, iddawwar wiċċħa lejK, titolbok biex tferrex it-tjibat smewija tiegħeK fuqha, u tikxfilha il-misteri spiritwali tiegħeK, u tifrex fuqha is-dwal tar-Ras Allija tiegħeK.

O Sid tiegħi! Agħmel li għajnejn żewġi jaraw. Ferraħlu Inti qalbu bid-dawl tal-għarfien tiegħeK, dawwarlu moħħu lejn ġmieleK middi, ferraħlu Int l-ispirtu tiegħu billi turih il-kobor ta’ dwaleK.

O Sid tiegħi ! Erfa’ Int l-istar minn quddiem ħarstu. Raxxax tjibateK kotrana fuqu, sakkru bl-inbid l-imħabba għaliK, agħmlu wieħed mill-anġli tiegħeK li riġlejhom jimxu fuq din l-art kif irwieħhom jittajru mis-smewwiet fil-għoli. Agħmel li jsir lampa middija, li tiddi bid-dawl tal-għerf tiegħeK f’nofs il-poplu tiegħeK.

Fis-sew, Int il-Għani, li Tagħti Dejjem, l-Id Miftuħa.

#7964
- `Abdu'l-Bahá

 

Kenn

Itkun imfaħħar, O Sid Alla tiegħi! Dan huwa l-qaddej tiegħeK li xorob minn idejn il-grazzja tiegħeK l-inbid tal-ħniena tenera tiegħeK, u daq it-togħma ta’ mhabbteK fil-jiem tiegħeK. NitolboK, f’ġieh it-tiswir ta’ ismijieteK li l-ebda niket ma jista’ jżomm li jifraħ fl-imħabba tiegħeK jew milli jħares fuq wiċċeK, u li ċ-ċorom kollha ta’ dawk bla kont m’għandhom il-ħila li jġagħluh idur mit-triq tal-ġħoġba tiegħeK, li jfornuh bil-ħwejjeġ tajbin li għandek Inti, u li jgħolluh hekk fil-għoli li jara d-dinja bħala dell li jgħib eħfef minn teptipa t’għajn.

Żommu fiż-żgur ukoll, O Alla tiegħi, bis-saħħa tal-maestà tiegħeK bla qies, minn dak kollu li Inti tistmerr. Inti, fis-sewwa, is-Sid tiegħu u s-Sid tad-dinjiet kollha.

#7973
- Bahá'u'lláh

 

O Alla, O Alla tiegħi! Jien ħriġt minn dari, inżomm sewwa mal-ħabel ta’ l-imħabba

tiegħeK, u erħejt ruħi għal kollox f’idejK u taħt il-ħarsien tiegħeK. NitolboK, f’ġieh il-qawwa li biha Int ħarist lill-maħbubin tiegħeK mill-imgħawweġ u mill-imħajjen, u minn kull ħakkiem stinat, u minn kull ħajjen li terraq ’il bogħod minneK, sabiex iżżommni fiż-żgur bit-tjieba tiegħeK u l-grazzja tiegħeK. Ħallini, immela, nerġa’ lura lejn dari bil-qawwa tiegħeK u bis-setgħa tiegħeK. Inti, fis-sew, is-Setgħan, l-Għajnuna fis-Saram, li Tgħix Fik Innifsek.

#7974
- Bahá'u'lláh

 

Kobor Spiritwali

Mix-xmajjar imfewħa ta’ dwiemeK agħtini nixrob, O Alla tiegħi, u mill-frott tas-siġra tal-essenza tiegħeK ħallini nduq, O Tama tiegħi! Min-nixxigħat ċari ta’ mħabbteK ħallini nixrob, O Glorja tiegħi, u taħt id-dell tal-Providenza dejjiema tiegħeK ħallini ngħammar, O Dawl tiegħi! Fix-xagħriet ta’ qarbieneK, quddiem il-preżenza tiegħeK, ħalli nkun nista’ nimraħ, O Maħbub tiegħi, u fil-lemin tat-tron tal-ħniena tiegħeK, poġġini, O Xewqa tiegħi! Mill fewġiet imfewħa ta’ ferħeK ħalli nifs jgħaddi fuqi, O Għan tiegħi, u fil-għoljiet tal-ġenna tar-realtà tiegħeK ħallini nidħol, O Imqejjem tiegħi! L-għanjiet tal-ħamiema ta’ waħdaneK ħallini nisma’, O Middi, u mill-ispirtu tal-qawwa tiegħeK u s-setgħa tiegħeK ħeġġigni, O Fornitur tiegħi! Fl-ispirtu ta’ mħabbteK żommni sod, O Għajnuna tiegħi, u fit-triq tal-għoġba tajba tiegħeK saħħaħli passejja, O Ħallieq tiegħi! Fil-ġnien tal-immortalità tiegħeK, quddiem wiċċeK, ħallini ngħammar għal dejjem, O Int Li ħanin miegħi, u fuq il-maqgħad tal-glorja tiegħeK waqqafni sod, O Int Possessur tiegħi! Lejn is-sema ta’ mħabbteK ħanina għollini, O Ħaġġieġ tiegħi, u lejn Kewbet il-Jum tat-tmexxija tiegħeK mexxini, O Int li tiġbidni lejK! Qabel wirjiet l-ispirtu inviżibbli tiegħeK isejħuli ħalli nkun preżenti, O Int il-Bidu tiegħi u l-Ogħla Xewqa tiegħi, u lejn l-essenza ta’ fwieħet il-ġmiel tiegħeK, li Int għad turi, ħallini nerġa’ lura, O Int Alla tiegħi.

Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. Inti, fis-sewwa, l-Aktar Għoli, il-Glorjuż f’Kollox, l-Ogħla fuq Kollox.

#7975
- Bahá'u'lláh

 

Oħloq fija qalb safja, O Alla tiegħi, u ġedded kuxjenza kalma ġo fija, O Tama tiegħi! Bl-ispirtu tal-qawwa saħħaħni fil-Kawża tiegħeK, O l-Aktar Li Nħobb, u bid-dwal tal-glorja tiegħeK urini it-triq tiegħeK O Int il-Għan tax-xewqa tiegħi! Bil-qawwa ta’ setgħeteK sebbieqa erfagħni lejn is-sema tal-qdusija tiegħeK, O Għajn l-essenza tiegħi, u biż-żiffiet ta’ dwiemeK ferraħni, O Int Li inti Alla tiegħi! Halli l-għanjiet tiegħek bla tmien iniffsu s-sliem fuqi, O Sieħeb tiegħi, u ħalli l-għana tal-qadim wiċċeK jeħlisni minn kollox għajr minneK, O Mgħallem tiegħi, u ħalli ħbarijiet ir-rivelazzjoni ta’ l-Essenza tiegħeK li ma titħassarx twassalli l-ferħ, O Inti l-aktar muri minn dak muri u l-aktar moħbi minn dak moħbi.

#7976
- Bahá'u'lláh

 

O Sid tiegħi! Agħmel ġmieleK l-ikel tiegħi, u l-preżenza tiegħeK ix-xorb tiegħi, u l-għoġba tiegħeK it-tama tiegħi, u t-tifħir lileK l-għamil tiegħi, u l-fakra fiK is-sieħba tiegħi, u l-qawwa tal-ħakma tiegħeK l-għajnuna tiegħi, u dareK dari, u fejn ingħammar l-imkien li Int qaddist miż-żamm lura fuq dawk magħluqa barra bħal minn star minnek. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, il-Glorjuż f’Kollox, l-Aktar Qawwi.

#7977
- Bahá'u'lláh

 

O Alla tiegħi, l-Alla tat-tjieba u l-ħniena! Inti dak is-Sultan li għall-kelma ta’ amar tiegħU il-ħolqien kollu issejjaħ biex ikun; u Inti Dak Li Tajjeb f’Kollox li egħamejjel tal-qaddejja tiegħU qatt ma fixkluĦ milli juri l-grazzja tiegħU, la xejn id-deħriet ta tjubitU. Halli lil dan il-qaddej, nitolboK, jikseb dak li jġagħlu jsalva f’kull dinja ta’ dinjieteK. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi, Li Taf Kollox, l-Għaref f’Kollox.

#7978
- Bahá'u'lláh

 

O Alla! Aħji u ferraħ l-ispirtu tiegħi. Saffili qalbi. Dawwal setgħati. Jien inħalli affarijieti kollha f”idejK. Int il-Mexxej tiegħi u l-Kenn tiegħi. Jien ma nkunx aktar imnikket u kiebi; jien inkun ħlejqa hienja u ferħana. O Alla! Jien qatt ma nkun aktar mgħobbi bl-inkwiet, la nħalli l-għawġ iħabbatni. Jien ma mmaħħaħx fuq il-ħwejjeġ korob tal-ħajja.

O Alla! Int ħabib tiegħi aktar milli jien ħabib tiegħi innifsi. Jien niddedika lili nnifsi lileK, O Sid.

#7979
- `Abdu'l-Bahá

 

O Sid tiegħi! O Sid tiegħi! Din hija lampa mixgħula min-nar ta’ l-imħabba tiegħeK u tħaġġeġ bil-fjamma li mkebbsa fis-siġra tal-ħniena tiegħeK. O Sid tiegħi! Kattar tkebbisu, sħana u fjamma, bin-nar li hu mkebbes fis-Sinaj tal-Wiri tiegħeK. Fis-sewwa, Int il-Wettieq, Dak li Jgħin, il-Qawwi, il-Ġeneruż, Li Tħobb.

#7980
- `Abdu'l-Bahá

 

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Dan, il-qaddej tiegħeK, resaq lejK, qed imawwar bil-ħeġġa fid-deżert tal-imħabba tiegħeK, jimxi fit-triq tal-qadi lileK, jistenna minn qabel il-favuri tiegħeK, jittama għal tjubiteK, joqgħod fuq is-saltna tiegħeK, u msakkar bl-inbid tar-rigal tiegħeK. O Alla tiegħi! Kattar il-ħeġġa tal-ġibda tiegħu lejK, is-sodizza tat-tifħir tiegħu lileK, u l-kebsa ta’ mħabbtu għaliK.

Fis-sew, Int l-Aktar Ġeneruż, is-Sid tal-grazzja kotrana. M’hemmx Alla ieħor għajreK, li Jaħfer, il-Hanin.

#7981
- `Abdu'l-Bahá

 

L-erwieħ li ħallewna

O Alla tiegħi! Dan huwa l-qaddej tiegħeK u iben il-qaddej tiegħeK li kien emmen fiK u fl-egħliem tiegħeK, u dawwar wiċċu lejK, maqtugħ għal kollox minn kollox barra minneK. Inti, fis-sewwa, minn dawk li juru ħniena l-aktar ħanin.

Imxi miegħu, O Int Li taħfer dnubiet il-bnedmin u taħbi nuqqasijiethom, kif jidhrilhom is-sema ta’ tjubiteK u l-oċejan tal-grazzja tiegħeK. Ħallih jidhol ’il ġewwa minn truf il-ħniena tiegħeK tisboq kollox li kienet qabel issawru l-art u s-sema. M’hemmx Alla għajreK, li Jaħfer-Dejjiem, l-Aktar Ġeneruż.

Igħid, imbagħad, għal sitt darbiet il-tislima “Alláh-u-Abhá” u mbagħad igħid għal dsatax-il darba kull wieħed minn dawn il-versi:

Aħna lkoll, fis-sew, inqimu lil Alla.

Aħna lkoll, fis-sew, nitbaxxew quddiem Alla.

Aħna lkoll, fis-sew, devoti lejn Alla.

Aħna lkoll, fis-sew, nagħtu tifħir lil Alla.

Aħna lkoll, fis-sew, niżżu ħajr lil Alla.

Aħna lkoll, fis-sew, nistabru f’Alla.

(Jekk il-mejta hi mara, igħid: Din hija il-qaddejja tiegħek u bint il-qaddejja tiegħek, eċċ...)

#7947
- Bahá'u'lláh

 

O Alla tiegħi! O Int li taħfer id-dnubiet, li tagħti d-doni, li tkeċċi l-mard!

Fis-sewwa, nitolboK taħfer dnubiet dawk li ħallew il-libsa tal-ġisem u għolew lejn id-dinja tal-ispirtu.

O Sid tiegħi! Saffihom min-nuqqasijiet, keċċilhom id-dwejjaq tagħhom, u biddel id-dlam tagħhom f’dawl. Agħmel li jidħlu fil-ġnien tal-hena, naddafhom bl-ilma l-aktar safi, u ħallihom jaraw id-dwal middija tiegħeK fuq l-ogħla muntanja.

#7948
- `Abdu'l-Bahá

 

Maħfra

Glorja lileK, O Sid Alla tiegħi! Nitolbok f’ġieh il-Magħżulin tiegħeK, u f’ġieh ir-Reffiegħa tal-Fiduċja tiegħeK, u f’ġieh Dak Li Int għażilt biex ikun is-Siġill tal-Profeti tiegħeK u tal-Qaddejja tiegħeK, biex tagħmel il-fakra fiK is-sieħba tiegħi, u l-imħabba tiegħeK il-mira tiegħi, u wiċċeK il-għan tiegħi, u ismeK il-lampa tiegħi, u xewqteK xewqti,

u l-għoġba tiegħek l-għaxqa tiegħi.

Jiena midneb, O Sid tiegħi, u Inti Dak li Dejjem-Taħfer. Malli jien għarafteK, jien għaġġilt biex nikseb il-qorti għolja ta’ mħabbteK-ħanina. Aħfirli, O Sid tiegħi, dnubieti li żammewni lura milli nimxi fil-passi tal-għoġba tajba tiegħeK, u milli nilħaq is-xtut tal-oċejan ta’ waħdaneK.

M’hemm ħadd, O Sid tiegħi, li jaf jurini tjieba li lejh nista’ ndawwar wiċċi, u ħadd li jista’ jħenn għalija li nista’ nixxennaq għall-ħniena tiegħu. Tkeċċinix ‘il barra, nitolboK, mill-preżenza tal-grazzja tiegħeK, lanqas Inti ma żżomm lura minni it-tixrid tal-ġenerożità u t-tjieba tiegħeK. Amar għalija, O Sid tiegħi, dak li Int amart għal dawk li jħobbuK, u niżżel għalija dak li Inti ktibt għall- magħżulin tiegħeK. Ħarsti, il-ħin kollu, kienet imwħħla fuq ix-xefaq tal-providenza ħlejja tiegħeK, u għajnejja mdawrin għal fuq il-qorti tal-ħniniet teneri tiegħeK. Agħmel bija dak li jogħġob lileK. M’hemmx Alla ieħor għajreK, l-Alla tas-setgħa, l-Alla tal-glorja, li l-ghajnuna tiegħU tintalab mill-bnedmin kollha.

#7957
- Bahá'u'lláh

 

NitolboK li taħfirli, O Sid tiegħi, għal kull titrif għajr għal titrifeK, u għal kull tifħir għajr għal tifħireK, u għal kull għaxqa għajr l-għaxqa ta’ qarbieneK, għal kull pjaċir għajr il-pjaċir tal-għaqda miegħeK, u għal kull ferħ għajr il-ferħ ta’ mħabbteK u tal-għoġba tajba tiegħeK, u għall-ħwejjeġ kollha li huma tieghi li ma għandhom l-ebda rabta miegħeK, O Int Li int Sid is-sidien, Hu Li jipprovdi l-mezzi u jiftaħ il-bibien.

#7958
- The Báb

 

Nisa

O Sid tiegħi, Maħbub tiegħi, Xewqa tiegħi! Tħabbeb miegħi waħdi kif jien u seħibni fl-eżilju tiegħi. Ħeħħili d-dwejjaq tiegħi. Agħmilni devot tal-ġmiel tiegħeK. Ressaqni lura minn kollox għajr minneK. Iġbidni bil-fwejjaħ tal-qdusija tiegħeK. Agħmel li ningħaqad fis-Saltna tiegħeK ma’ dawk li huma miftumin minn kollox għajr minneK, li jixxenqu biex jaqdu il-għatba mqaddsa tiegħeK u lesti jaħdmu fil-Kawża tiegħeK. Agħmilni wieħed mill-qaddejja tiegħeK li kisbu l-għoġba tajba tiegħeK. Fis-sewwa, Int il-Ħanin, il-Ġeneruż.

#7993
- Bahá'u'lláh

 

Ommijiet fit-tqala

Sidi! Sidi! Jien infaħħreK u niżżiK ħajr għal dak li għażilt għall-qaddejja umli tiegħeK, l-ilsira tiegħeK titolboK bl-akbar ħniena, għax Int fis-sewwa mexxejtha lejn is-Saltna mdiehra tiegħeK u ħallejtha tisma’ is-Sejħa għolja tiegħeK fid-dinja barranija u tara l-Egħliem tiegħeK li jsaħħu d-dehra tas-saltna rebbieħa tiegħeK fuq il-ħwejjeġ kollha.

O Sid tiegħi, jiena noffri dak li hemm ġo ġufi lileK. Immela ħalli jkun wild li jikseb tifħir fis-Saltna tiegħeK u wieħed riżqu tajjeb fil-għoġa tiegħeK u fil-qalb kbira tiegħeK; li jmur ’il quddiem u jikber taħt għajnejn it-tagħlim tiegħeK. Fis sew, Int il-Ħlejju! Fis-sew, Int is-Sid tal-Kbira Għoġba!

#7953
- `Abdu'l-Bahá

 

Qtugħ

Kemm-il qalb inġazzata, O Alla tiegħi, itkebbset bin-nar tal-Kawża tiegħeK, u kemm-il rieqed tqajjem mill ħlewwa tal-leħen tiegħeK. Kemm huma l-barranin li fittxew il-kenn taħt id-dell tas-siġra ta’ waħdaneK, u kemm kotrana dawk bil-għatx li lehġu għall-għajn ta’ ilmijiet il-ħajja tiegħeK fil-jiem tiegħeK!

Imbierek dak li ħejja ruħu lejK, u għaġġel biex jikseb il-Għajn il-Jum ta’ dwal wiċċeK. Imbierek dak li b’imħabbtu kollha dar lejn Imkien is-Sebħ tar-Rivelazzjoni tiegħeK u r-Ras il-Għajn tal-lehma tiegħeK. Imbierek dak li ħaddem fi-triqteK dak li Inti tajtu bit-tjubija u l-għoġba tiegħeK. Imbierek dak li, fix-xenqa tuġa’ għaliK, warrab kollox barra lileK. Imbierek dak li gawda għaqda intima miegħeK, u ħeles lilu nnifsu minn kull irbit ma’ kulħadd għajr miegħeK.

Jien nitolbok, O Sid tiegħi, f’ġieh Dak Li huwa l-Isem tiegħeK, Li, bil-qawwa ta’ setgħeteK u saħħteK, ogħla fuq ix-xefaq tal-ħabs tieghU, biex jamar għal kulħadd dak li jixraq lileK u lil tifħireK.

Is-setgħa tiegħeK, fis-sewwa, tiddaqqas ma’ kollox.

#7949
- Bahá'u'lláh

 

Jien ma nafx, O Alla tiegħi, x’inhu in-Nar li Inti tkebbes f’arteK. Id dinja ma tista’ qatt iddaħħan il-ħeġġa tiegħu, la l-ilma ma jitfi l-ilsna tiegħu. Il-ġnus kollha tad-dinja m’għandhomx saħħa jieqfu l-qawwa tiegħu. Kbira hija l-barka ta’dak li reseq lejh, u sema’ t-tgargir tiegħu.

Lil x’uħud, O Alla tiegħi, Inti, bil-grazzja saħħaħa tiegħeK, għenthom jersqu lejh, waqt li lil oħrajn żammejthom lura mħabba dak li wettqu idejhom fil-jiem tiegħeK. Kulmin għaġġel lejh u laħqu fil-ħeġġa tiegħu biex jgħarrex fuq ġmieleK, ħalla ħajtu fi triqteK, u tala’ għandeK, maqtugħ għal kollox minn kollox għajr minneK.

NitolboK, O Sid tiegħi, f’ġieh dan in-Nar li jħaġġeġ u jgargar fid-dinja tal-ħolqien, sabiex iċċarrat l-istarijiet li żammewni lura milli nidher quddiem it-tron tal maestà tiegħeK, u milli nieqaf fil-bieb tax-xatba tiegħeK. Amar Int għalija, O Sid tiegħi, kull ħaġa tajba li Int niżżilt fil-Ktieb tiegħeK, u tħallinix inkun imbiegħed mill-kenn tal-ħniena tiegħeK.

Setgħani Inti li tagħmel dal li jogħġboK. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani f’Kollox, l-Aktar Ġeneruż.

#7950
- Bahá'u'lláh

 

O Sid! Jien niġi għandeK għall-kenn, u mmexxi qalbi lejn l-egħliem tiegħeK kollha.

O Sid! Sew jekk waqt il-vjaġġ jew jekk id-dar, waqt l-hieda jew ix-xogħol tiegħi, jien inqiegħed il-fiduċja tiegħi kollha fiK.

Agħtini mela biżżejjed l-għajnuna tiegħeK sabiex inkun indipendenti minn kollox, O Int Li ma jgħaddik ħadd għall-ħniena tiegħeK!

Agħtini sehemi, O Sid, kif jogħġob lileK, u ħallini nkun kuntent b’dak kollu li amart għalija.

Tiegħek id-dritt assolut li tamar.

#7951
- The Báb

 

O Alla, Alla tiegħi! Imla għalija il-bieqja tal-firda minn kollox, u fil-ġemgħa ta’ dwaleK u għotjieteK, ferraħni bl-inbid ta’ l-imħabba lejK. Eħlisni mill-ħebb tal-passjoni u x-xewqa, kissirli l-manetti ta’ din id-dinja taħtana, iġbidni imsaħħar lejn saltnateK fuqana, u ġeddidni fost il-qaddejja b’nifsijiet qdusiteK.

O Sid, dawwalli Inti wiċċi bid-dwal ta’ għotjieteK, ixgħelli għajnejja bil-ħars fuq l-egħliem ta’ setgħeteK li tagħleb kollox; għaxxaqli ’l qalbi bil-glorja ta’ għarfienek li jisboq kollox, ferraħli Inti ruħi bi ħbarijieteK jaħju ta’ hena kbir, O Int Sultan ta’din id-dinja u tas-Saltna fuq, O Inti Sid ta’ ħakma u setgħa, biex inkun nista’ nxerred egħliemeK u għotjieteK, u nxandar il- Kawża tiegħeK, u mmexxi Tagħlimek, u naqdi il-Liġi tiegħeK u ngħolli il-Kelma tiegħeK.

Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, li Tagħti-Dejjem, il-Ħili, li Tista’ Kollox.

#7952
- `Abdu'l-Bahá

 

Rebħ tal-Kawza

Ikun imfaħħar l-isem tiegħeK, O Sid Alla tiegħi! Id-dlam infirex fuq kull art, u l-qawwiet tal-ħażen dawru lin-nazzjonijiet kollha. Minnhom, madankollu, jien nara dijiet il-għerf tiegħeK, u nilmaħ tagħmix id-dwal tal-providenza tiegħeK.

Dawk li mgħottija bħalma minn star minneK issoponew li għandhom il-ħila jitfu id-dawl tiegħeK, u jxejnu in-nar tiegħeK, u jsikktu l-irjieħ tal-grazzja tiegħeK, u jxejnu in-nar tiegħeK, u jsikktu-l-irjieħ tal-grazzja tiegħeK. Mhux hekk biss, u għal dan setgħateK għandha xhud lili! Kieku kull saram ma ngħamilx qaddej ta’ għerfeK, u kull tiġrib wassal il-providenza tiegħeK, ħadd ma kien jissogra jeqfilna, għad li setgħat l-art u s-sema kienu jingħaqdu kontra tagħna. Li kelli nħoll il misteri tal-għaġeb tal-għerf tiegħeK li huma mikxufin quddiemi, ir-riedni tal-egħdewwa tiegħeK kieku jinferqu tnejn.

Itkun glorifikat, immela, O Alla tiegħi! NitolboK f’ġieh l-Akbar Isem tiegħeK biex tlaqqa’ flimkien lil dawk li jħobbuK madwar il-Liġi li xxarxar mill-għoġba tajba tar-rieda tiegħeK, u tniżżel fuqhom dak li jserrħilhom qlubhom.

Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. Inti fis-sewwa, l-Għajnuna fis-Saram, Li Tgħix FiK InnifseK.

#7986
- Bahá'u'lláh

 

O Sid! Ħalli lill-ġnus kollha tad-dinja jiksbu d-dħul fil-Ġenna tal-Fidi tiegħeK, biex l-ebda maħluq ma jibqa’ lil hinn mill-fruntieri tal-għoġba-tajba tiegħeK.

Sa miż-żmien lil hinn mill-fakra Int kont setgħan li tagħmel dak li jogħġboK u tisboq kulma Int tixtieq.

#7987
- The Báb

 

Sodi fil-Patt

O Sid tiegħi u Tama tiegħi! Għin Int lil dawk li tħobb biex ikunu sodi fil-Patt setgħani tiegħeK, biex jibqgħu fidili fil-Kawża mikxufa tiegħeK, u biex iwettqu l-kmandamenti li Int niżżilt għalihom fil-Ktieb Imdawwal tiegħeK; ħa’ jistgħu jsiru bnadar ta’ tmexxija u lampi tax-Xirka fuq, egħjun ta’ għerfek bla tarf, u kwiekeb li jmexxu sew waqt li jiddu mis-sema fuqan.

Fis-sew, Int Li Ma Tintrebaħx, is-Setgħan, il-Qawwi f’Kollox.

#7955
- `Abdu'l-Bahá

 

O Sid Alla tiegħi! Għin lill-maħbubin tiegħeK ħalli jkunu sodi fil Fidi tiegħeK, li jimxu fi triqateK, li jkunu sodi fil Kawża tiegħeK. Agħtihom il-grazzja tiegħeK ħalli jifilħu għall-ħbit ta’ nfushom u tal-ġibdiet, biex jimxu wara d-dawl tat-tmexxija divina. Int is-Setgħan, il-Ħlejju, Li Tgħix Fik InnifseK, Li Tagħti, Li Tħenn, il-Qawwi, it-Tajjeb f’Kollox.

#7956
- `Abdu'l-Bahá

 

Tagħlim

Ikun imkabbar l-isem tiegħeK, O Alla tiegħi, għax Int urejt il-Jum li hu Sultan il-Jiem, il-Jum li Int ħabbart mill-Magħżulin tiegħeK u lill-Profeti tiegħeK fit-Twavel l-aktar eċċellenti tiegħeK, il-Jum li fiħ Int xerridt id-dija tal-glorja ta’ ismijieteK kollha fuq il-ħlejjaq kollha. Kbirs hi qdusit dak li ntelaq lejK, u daħal fil-preżenza tiegħeK, u qabad il-ħsus ta leħneK.

Jien nitolbok, O Sid tiegħi, f’isem Dak li dwarU ddur bil-qima is-saltna ta’ ismijieteK, sabiex ħanin Int lilhom tgħin li huma egħżież għaliK ħalli jsebbħu il-kelma tiegħeK fost il-qaddejja tiegħeK, u jxerrdu fil-wisa’ it-tifhir lileK fost il-ħlejjaq tiegħeK, hekk li l-għaxqiet tar-rivelazzjoni teegħeK ikunu jistgħu jimlew l-erwieħ ta’ dawk kollha li jgħammru fuq l-art tiegħeK.

Ladarba Int mexxejtom, O Sid tiegħi, lejn l-ilmijiet ħajja tal-grazzja tiegħeK, agħmel, f’ġieh il-tjieba tiegħeK, li ma jinżammux lura minneK; u ladarba Int Sejjaħtilhom lejn il-għamar tat-tron tiegħeK, la tkeċċihomx mill-preżenza tiegħeK, f’ġieh imħabbteK ħanina. Niżżel fuqhom dak li jaqtagħhom għal kollox minn kollox għajr minneK, u ħalli jkunu jistgħu jogħlew fl-atmosfera tal-qarbien tiegħeK, b’tali mod li la setgħet il-ħakkiem la tnebbih dawk li ma emmnux fiK Innifsek l-aktar sultani u qawwi ma jkunu jistgħu iżommuhom lura minneK.

#7983
- Bahá'u'lláh

 

O Alla tiegħi, għin Int lill-qaddej tiegħeK ħa’ jqajjem il-Kelma, u jmeri dak li hu fieragħ u falz, isejjes is-sew, ixerred fil-wisa’ il-vrus imqaddsa, jikxef id-dijiet, u jġagħal dawl il-għodwa isebbaħ fil-qlub tat-tajbin.

Inti, fis-sew, il-Ġeneruż, Li Taħfer.

#7984
- `Abdu'l-Bahá

 

O Int Alla li m’hawnx bħaleK! O Inti Sid is-Sultan! Dawn l-erwieħ huma armata tiegħeK smewija. Agħtihom l-għajnuna u, biċ-ċorom tal-Folla Suprema, oħroġhom rebbieħa, hekk li kull wieħed minnhom ikun jista’ jsir riġment u jirbaħ dawn il-pajjiżi bl-imħabba t’Alla u d-dawl tat-tagħlim divin.

O Alla! Kun Int li tweżinhom u li tgħinhom, u fix-xagħri, u muntanja, wied, imsaġar, mergħat u ibħra ħa’ jiftħu qalbhom miegħeK - biex huma jkun jistgħu jgħajtu bil-qawwa tas-Saltna u n-nifs tal-Ispirtu Mqaddes.

Fis-sewwa, Inti il-Qawwi, is-Setgħani u Li Tista’ Kollox, u Inti il-Għaref, Li Tisma’ u Li Tara.

#7985
- `Abdu'l-Bahá

 

Tfal

O Alla! Eduka lil dawn it-tfal. Dawn it-tfal huma x-xtieli tal-ġnejna tiegħeK, il-fjuri tax-xagħri tiegħeK, il-ward tal-ġnien tiegħeK. Ħalli x-xita tiegħeK tinżel fuqhom; ħalli x-Xemx tar-Realtà tiddi fuqhom bl-imħabba tiegħeK. Ħalli ż-żiffa tiegħeK tiffriskahom sabiex huma jiġu mħarrġa, jikbru u jimxu ’l quddiem, u jidhru fl-aqwa sbuħija. Int Dak li Jagħti. Int Dak li Jħenn.

#7944
- `Abdu'l-Bahá

 

Huwa Alla! O Alla, Alla tiegħi! Agħtini qalb safja, bħalma perla!

#7945
- `Abdu'l-Bahá

 

O Alla, mexxini, ħarisni, agħmel minni lampa tiddi u kewkba tgħammex. Int is-Setgħani u l-Qawwi.

#7946
- `Abdu'l-Bahá

 

Tifħir u Gratitudini

Kull tifħir, O Alla tiegħi, lileK Li int il-Għajn ta’ kull glorja u maestà, ta’ kobor u ġieh, ta’ saltna u ħakma, ta’ ġħoli u grazzja, ta’ biża’ mqejjem u qawwa. Lil kulmin Inti trid Int iġġagħlu jinġibed lejn l-Akbar Oċejan, u fuq min Inti tixtieq Int issawwab il-ġieh li jagħraf l-Eqdem Isem tiegħeK. Minn dawk kollha li jinsabu fis-sema jew fuq l-art, ħadd ma jista’ għal tħaddim ir-Rieda tiegħeK sultana. Sa minn dejjem Int mexxejt il-ħolqien kollu, u Int tissokta għal dejjem tħaddem il-ħakma tiegħeK fuq il-ħwejjeġ kollha maħluqa. M’hemmx Alla iehor għajrek, is-Setgħani, l’Aktar Għoli, il-Qawwi f’Kollox, il-Għaref f’Kollox.

Dawwal, O Sid, l-uċuh tal-qaddejja tiegħeK, biex huma jkunu jistgħu jarawK; u naddaf qlubhom sabiex ikunu jistgħu jduru lejn il-qorti tal-għoġbat tiegħeK smewija, u jagħirfu lilU Li huwa Mdieher ta’ InnifseK u l-Għajn il-Jum ta’ l-Essenza tiegħeK. Fis-sewwa, Inti is-Sid tad-dinjiet kollha. M’hemmx Alla għajreK, li Ma Mxekkel, li Tagħleb-Kollox.

#7970
- Bahá'u'lláh

 

Imkabbar Ikun ismeK, O Sid Alla tiegħi! Int huwa Dak Li l-ħwejjeġ kollha jqimu u Li ma tqim lil ħadd, Li int is-Sid ta’ kollox u il-qaddej ta’ xejn, Li taf kollox u magħruf minn xejn. Inti xtaqt li l-bnedmin ikunu jafuK; għalhekk, Int, bil-kelma ta’ fommoK, sawwart il-ħolqien u fassalt l-univers. M’hemmx Alla ieħor għajreK, il-Fassal, il-Ħallieq, is-Setgħan, l-Aktar Qawwi.

Nitolbok, f’ġieh din il-kelma li iddiet fuq ix-xefaq tar-rieda tiegħeK, li tħallini nixrob fit-tul mill-ilmijiet ħajja li bihom Inti ħjejt il-qlub tal-magħżulin tiegħeK u ħeġġiġt l-erwieh ta’ dawk li jħobbuK, sabiex jien, kull hin u f’kull qagħda, indawwar wiċċi għal kollox lejK.

Int l-Alla tal-qawwa, tal-glorja u tal- ġid. M’hemmx Alla għajreK, il-Mexxej Suprem, il-Glorjuż f’Kollox, li Jaf Kollox.

#7971
- Bahá'u'lláh

 

Inti glorifikat, O Sid Alla tiegħi! Jien niżżiK ħajr talli hallejtni nagħraf il-Wiri tiegħeK Innifsek, u talli qtajtni mill-egħdewwa tiegħeK, u berraħt quddiem għajnejja l-egħmejjel ħziena tagħhom u ħidmiethom ħajna fil-jiem tiegħeK, u talli ħlistni minn kull irbit magħhom, u ġagħaltni indur għal kollox lejn il-grazzja u l-għoġbat tajba tiegħeK. Jien niżżiK ħajr, ukoll, talli niżżilt fuqi mis-sħab tar-rieda tiegħeK dak li hekk qaddisni mill-ħjiel tal-infidili u taqwil dawk li jemmnux li jien waħħalt qalbi fis-sod fuqeK, u ħrabt minn dawk li ċaħdu d-dawl ta’ wiċċeK. Mill-ġdid nerġa’ niżżiK ħajr talli tajtni s-saħħa li nkun sod fl-imħabba tiegħeK, u li nlissen it-tifħir lileK u ngħolli tjibateK, u talli tajtni nixrob mill-bieqja tal-ħniena tiegħeK li għaddiet kull ħaġa li tidher jew li ma tidherx.

Int is-Setgħani, l-Aktar Għoli, l-Aktar Glorjuż, li Tħobb Kollox.

#7972
- Bahá'u'lláh

 

Tiġrib u ebusija

Keċċi n-niket tiegħi bit-tjieba tiegħek u bil-qalb kbira tiegħeK, O Alla, Alla tiegħi, u biegħed it-taqtigħ il-qalb tiegħi bil-qawwa u bis-setgħa tiegħeK. Inti tarani, O Alla tiegħi, b’wiċċi imdawwar lejK fi żmien meta d-diqa dawritni minn kullimkien. Nitolbok, O Int Li Int is-Sid tal-ħlejjaq kollha, u ddellel fil-wisa’ kulma jidher u kulma jidhirx, bl-Isem tiegħeK li bih Int għalibt il-qlub u l-erwieħ tal-bnedmin, u bil-mewġiet kbar tal-O1ejan tal-ħniena tiegħeK u d-dijiet jgħammxu ta’ Kewkbet il-Jum tat-tjieba tiegħeK, biex tgħoddni ma’ dawk li xejn ma żammhom lura li jdawru wiċċhom lejK , O Int Sid tal-ismijiet kollha u Hallieq tas-smewwiet!

Inti tara, O Sid tiegħi, il-ħwejjeġ li ġrawli fil-jiem tiegħeK. Nitolbok, f’ġieh Dak Li hu l-Għajn il-Jum ta’ismijieteK u Mkien is-Sebħ tad-doni tiegħeK, li tamar għalija dak li jħallini nogħla biex naqdiK u nfaħħar it-tjibat tiegħeK. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi, Li mdorri twieġeb il-talb tal-bnedmin kollha!

U, fl-aħħarnett, nitolboK f’ġieh id-dawl ta’wiċċeK biex tbierek ħidmieti, u tħassarli djuni, u tissodisfa ħtiġijieti. Inti Dak li għas-setgħa tiegħU u għall-ħakma tiegħU xehed kull ilsien, u li l-maestà tiegħU aċċettat kull qalb li tifhem. M’hemmx Alla għajrek, li tisma u lest li twieġeb.

#7988
- Bahá'u'lláh

 

O Int Li tiġribeK huwa duwa fejjieqa għal dawk qrib tiegħeK, Li x-xabla tiegħeK hija x-xabla tiegħeK hija x-xewqa mħaġġa ta’ dawk kollha li jħobbuK, Li l-vleġġa tiegħeK hija l-egħżeż xewqa ta’ dawk il-qlub li jixxennqu għaliK, Li l-amar tiegħeK huwa t-tama waħdana ta’ dawk li għarfu is-sewwa tiegħeK! Jien nitolbok, f’ġieh il-ħlewwa divina tiegħeK u f’ġieh dijiet il-glorja ta’ wiċċeK, biex tniżżel fuqna mir-rifuġji tiegħeK fil-għoli dak illi jqarribna lejK. Qiegħed, immela, riġlejna sodi, O Alla tiegħi, fil-Kawża tiegħeK, u dawwal lil qlubna bid-dija tgħammex tal-għarfien tiegħeK, u ixgħel sidirna bil-leħħa ta’ ismijieteK.

#7989
- Bahá'u'lláh

 

O Sid! Int in-Neħħej ta’ kull diqa u l-Keċċej ta’ kull deni. Inti Dak Li tbiegħed kull niket u teħles mill-jasar lil kull ilsir, il-Hellies ta’ kull ruh. O Sid! Agħti l-ħelsien bil-ħniena tiegħeK, u għoddni fost il-qaddejja tiegħeK li kisbu il-ħelsien.

#7990
- The Báb

 

Umanità

O Inti Sid twajjeb! Int ħloqt il-bnedmin kollha mill-istess fergħa. Inti amart li lkoll għandhom ikunu tal-istess dar. Fil-Preżenza Mqaddsa tiegħeK huma lkoll il-qaddejja tiegħeK, u l-bnedmin kollha mkenna taħt it-Tabernaklu tiegħeK; ilkoll inġabru madwar il-Mejda tat-Tjubija tiegħeK; ilkoll imdawlin bid-dawk tal-Providenza tiegħeK.

O Alla! Inti ħanin ma’ kulħadd, Int ipprovdejt għal kulħadd, tkennen lil kulħadd, troxx il-ħajja fuq kulħadd. Inti żejjint lil kull wieħed u lil kollha bid-doni u l-ħila, u lkoll huma mgħaddsin fl-Oċejan tal-Ħniena tiegħeK.

O Inti Sid twajjeb! Għaqqad lil kulħadd. Agħmel li reliġjon taqbel ma’ oħra u agħmel in-nazzjonijiet wieħed, sabiex jaraw lil xulxin bħala familja waħda u d-dinja kollha bħala dar waħda. Jalla jgħixu ikoll flimkien f’armonija sħiħa.

O Alla! Erfa’ ’l fuq il-bandiera ta’ waħdan il-bnedmin.

O Alla! Qiegħed fis-sod l-Akbar Sliem.

Kaħħal Int, O Alla, il-qlub flimkien.

O Int Missier twajjeb, Alla! Ferraħ lil qlubna bil-fwieħa tal-imħabba tiegħeK. Dawwal għajnejna bid-Dwal tat-Tmexxija tiegħeK. Għaxxaq widnejna bil-għanja tal-Kelma tiegħeK, u kenninna lkoll fil-Fortizza tal-Providenza tiegħek.

Int is-Setgħan u l-Qawwi, Int Dak li Jaħfer u Inti Dak li jagħlaq għajnejĦ għan-nuqqasijiet tal-bnedmin kollha.

#7963
- `Abdu'l-Bahá

 

Żamma fis-sod

O Alla, Alla tiegħi! Jiena dort niedem lejK, u fis-sew Int Dak li Jaħfer, li Jħenn.

O Alla, Alla tiegħi! Jien erġajt lura lejK, u fis-sew Int Dak li Jaħfer-Dejjem, il-Ħlejju.

O Alla, Alla tiegħi! Jien iddendilt mal-ħabel tat-tjieba tiegħeK, u miegħek il maħżen ta’ kulma jinsab fis-sema u fl-art.

O Alla, Alla tiegħi! Jien għaġġilt lejK, u fis-sew Int Dak li Jaħfer, is-sid tal-Grazzja kotrana.

O Alla, Alla tiegħi! Jien għandi l-għatx għall-inbid smewwi tal-grazzja tiegħeK, u fis-sew Int Dak li Jagħti, il-Qalb Kbira, il-Ħlejju, is-Setgħani.

O Alla, Alla tiegħi! Jiena nixħed li Int kxift il-Kawża tiegħeK, żammejt il-wegħda tiegħeK u bgħatt mis-sema tal-grazzja tiegħeK dak li ġibed lejK il-qlub tal-magħġubin tiegħeK. Tajjeb għalih dak li żamm sod mal-ħabel sod tiegħeK u qabad ma’ tarf ilbieseK middi!

Jien nistaqsiK, O Sid ta’ kull maħluq u Sultan ta’ dak li jidher u ta’ dak li ma jidherx, f’ġieh il-Qawwa tiegħeK, il-maestà tiegħeK u s-saltna tiegħeK, li tagħmel li ismi ikun imħażżez mill-pinna tiegħeK tal-glorja fost id-devoti tiegħeK, dawk li l-parċmini tal-midinbin ma fixxkilhomx milli jduru lejn id-dawl ta wiċċeK, O Int Li tisma’ t-talb, Alla Li t-talb twieġeb!

#7982
- Bahá'u'lláh

 

Żgħażagħ

O Sid! Agħmel lil dan iż-żagħżugħ middi, u xerred tjubiteK fuq din l-imsejkna ħlejqa. Agħtih il-għerf, kattarlu s-saħħa ma’ sbieħ kull jum u ħarsu fil-kenn tal-ħarsien tiegħeK sabiex ikun meħlus mill-għelt, jehda fil-qadi tal-Kawża tiegħeK, imexxi lill-imqarbin, juri t-triq lill-imdejqin, jeħles lill-imħabbsin u jqajjem lill-mitluqin, biex kollha jkunu mberkin bil-fakra u t-tifħir tiegħeK. Int is-Setgħani u l-Qawwi.

#8002
- `Abdu'l-Bahá

 

Żwieġ

Hu Dak li Jagħti, Ta’ Qalb Kbira!

Tifħir lil Alla, il-Qadim, Li Jgħammar-Dejjem, Li Ma Jinbidilx, Li Ma Jintemmx! Hu li kien xehed fl-Essenza tiegħU li fis-sewwa Huwa Hu, il-Waħdani, il-Qatt Imxekkel, il-Għoli. Aħna xhieda li fis-sewwa m’hemmx Alla għajru, nagħrfu li Huwa, nistqarru waħdanU. Hu għex minn dejjem f’għoljiet ma jintlaħqux, fil-qċaċet ta-għoli tiegħU, imqaddes minn kull titrif għajr Huwa Nnifsu, ħieles minn kull tifsir għajr Huwa.

U meta Hu xtaq juri l-grazzja u t-tjieba lill-bnedmin, u jqiegħed id-dinja fl-ordni, Huwa kixef amar u ħoloq liġijiet; fosthom Huwa waqqaf fis-sod il-liġi taż-żwieġ, għamilha bħala fortizza għas-saħħa u l-ħelsien, u amarha lilna f’dak li gie mniżżel mis-sema tal-qdusija fil-Ktieb l-Aktar Qaddis tiegħU. Huwa qal, hekk kbira hi l-glorja tiegħU: “Iżżewġu, O ġnus, ħalli minnkom ikun jista’ jfeġġ dak li jfakkarnI fost il-qaddejja tiegħI; dan huwa wieħed mill-kmandamenti tiegħI lilkom; obduh bħala għajnuna għalikom infuskom.”

#7965
- Bahá'u'lláh

 

O Sid tiegħi, O Sid tieghi! Dawn iż-żewġ globi jiddu huma mżewġin fl-imħabba tiegħeK, magħqudin biex jaqdu l-Għatba Mqaddsa tiegħeK, imwaħħdin għat-twettieq tal-Kawża tiegħeK. Agħmel Int dan iż-żwieġ li jkun bħal dwal riffiesa tal-grazzja kotrana tiegħeK, O Sid tiegħi, il-Ħanin f’Kollox, u raġġi mdawlin tal-għotjiet tiegħeK, O Inti Qalb Tajba, li Dejjem-Tagħti, ħalli jkunu jistgħu joħorġu minn din is-siġra kbira friegħi li jikbru ħodor u għammiela bid-doni li jraxxu fuqhom mis-sħab tal-grazzja tiegħeK.

Fis-sewwa, Int il-Ġeneruż. Fis-sewwa, Int is-Setgħani. Fis-sewwa, Int Dak li Jħenn, il-Ħanin f’Kollox.

#7966
- `Abdu'l-Bahá

 

Occasional

Is-Sawm

Is-Sawm

Tifħir lileK, O Sid Alla tiegħi! NitolboK f’ġieh din ir-Rivelazzjoni li biha d-dlam inbidel f’dawl, illi għaliha t-Tempju Miżjur kien inbena, u t-Tavla Miktuba murija, u Parċmina Miftuħa mikxufa, biex tniżżel fuqi u fuq dawk li huma mseħbin miegħi dak li jħallina nogħlew fis-smewwiet tal-glorja tiegħeK tisboq kollox, u jaħsilna mit-tebgħa ta’ dawk id-dubji li xekklu lil dawk li ħasbu ħażin milli jidħlu fit-tabernaklu tal-għaqda tiegħeK.

Jien huwa dak, O Sid tiegħi, li kien żamm sod-il-ħabel ta’ l-imħabba-ħanina tiegħeK, u ggranfa mal-keffa tal-ħniena u għoġbat tiegħeK. Amar Int għalija u għall-maħbubin tiegħi it-tajjeb ta’ din il-dinja u tad-dinja li ġejja. Fornihom, immela, bir-Rigal Moħbi li Int amart għall-aktar magħżuin fost il-ħlejjaq tiegħeK.

Dawn huma, O Sid tiegħi, il-jiem li fihom Int wissejt lill-qaddejja tiegħeK biex iħarsu s-sawm. Imbierek da li jħares is-sawm għall kollox imħabba fiK u bi qtugħ sħiħ mill-ħwejjeġ kollha barra minneK. Għinni u għin lilhom, O Sid tiegħi, ħalli jobduK u jħarsu l-amar tiegħeK. Int, fis-sew, ghandek, is-setgħa li tagħmel dak li Inti tagħżel.

M’hemmx Alla għajreK, Li Jaf-Kollox, il-Għaref f’Kollox. Kull tifħir lil Alla, is-Sid tad-dinjiet kollha.

#8000
- Bahá'u'lláh

 

JIEM INTERKALARI

JIEM INTERKALARI

(Il-Jiem Interkalari, 26 ta’ Frar sa l-1 ta’ Marzu, inklużi, għandhom ikunu jiem ta’ tħejjija għas-Sawm, jiem ta’ ospitalità, karità u l-għoti ta’ rigali.)

Alla tiegħi, Nari u Dawli! Il-jiem li Int semmejt l-Ayyám-i-Há fil-Ktieb tiegħeK bdew, O Int Li int Sultan l-ismijiet, u s-sawm li l-ogħla Pinna tiegħeK ħeġġet lil dawk kollha li huma fis-saltna tal-ħolqien tiegħeK li josservaw riesaq. NitolboK, O Sid tiegħi, f’Gieh dawn il-jiem u f’ġieh dawk kollha li matul dan iż-żmien żammew sod mal-ħabel tal-kmandamenti tiegħeK, u ħafnu l-maqbad tal-preċetti tiegheK, li taghmel li kull ruħ tkun mogħtija post ġewwa egħluq il-qorti tiegħeK, u maqgħad fir-rivelazzjoni tad-dijiet qawwija tad-dawl ta’ wiċċeK.

Dawn, O Sid tiegħi, huma l-qaddejja tiegħeK li l-ebda ġibda mħassra ma żammithom lura minn dak li Int bgħatt ’l isfel fil-Ktieb tiegheK. Huma tbaxxew quddiem il-Kawża tiegħeK, u rċevew il-Ktieb tiegħeK b’hekk fehma sħiħa kif imwielda minneK, u osservaw dak li Int amart għalihom, u għażlu li jimxu wara dak li kien imniżzel minneK.

Inti tara, O Sid tiegħi, kif huma għarfu u stqarru kulma Inti kxift fl-iskritturi tiegħeK. Agħtihom jixorbu, O Sid tiegħi, mill-idejn tal-ħlewwa tiegħeK l-ilmijiet tal-eternità tiegħeK. Ikteb, immela, għalihom il-ħlas mammar għal dak li għaddas lilu nnifsu fl-oċejan tal-preżenza tiegħeK, u kiseb l-inbid fin tal-preżenza tiegheK.

Jien nitolboK, O Int is-Sultan tas-slaten u Dak li Titħassar lill-mirfusin, li tamar għalihom it-tajjeb ta’ din id-dinja u tad-dinja li ġejja. Ikteb għalihom, ukoll, dak li ħadd mill-ħlejjaq tiegħeK ma skopra, għoddhom ma’ dawk li daru madwareK, u li jitħarrku mat-tron tiegħeK f’kull dinja tad-dinjiet tiegħeK.

Int, fis-sew, is-Setgħani, Li Jaf-Kollox, li Mgħarraf-b’Kollox.

#7999
- Bahá'u'lláh

 

Tablets

IT-TAVLA TA’ AḤMAD

IT-TAVLA TA’ AḤMAD

“Dan it-talb obbligatorju ta’ kuljum, flimkien ma’ xi talbiet oħra speċifiċi, bħat-Talba għall-Fejqan, it-Tavla ta’ Aḥmad, ġie mogħni minn Bahá’u’lláh b’qawwa u sinjifikat speċjali, u għalhekk għandu jkun milqugħ bħala tali u jkun reċitat mill-aderenti b’fidi u fiduċja sħiħa, biex permezz tiegħu huma jidħlu f’kommunjoni eqreb ma’ Alla, u jidentifikaw lilhom infushom b’aktar sħuħija mal-liġijiet u l-preċetti tiegħU.” – Minn ittra miktuba għal Shoghi Effendi.

Huwa is-Sultan, li Jaf Kollox, il-Għaref!

Hekk, l-Użinjol tal-Ġenna jgħanni fuq il-friegħi tas-Siġra tal-Eternità, b’għanjiet imqaddsa u ħlejja, ixandar lis-sinċieri l-aħbarijiet ta’ qarbien Alla, isejjaħ lil dawk li jemmnu fl-Għaqda Divina lejn il-qorti tal-Preżenza tal-Ġeneruż, igħarraf lil dawk maqtugħa barra bil-messaġġ li kien mikxuf minn Alla, is-Sultan, il-Glorjuż, li M’Hawnx Bħalu, imexxi l-maħbubin lejn il-maqgħad tal-qdusija u lejn dan il-Ġmiel middi.

Fis-sew dan huwa dak l-Akbar Ġmiel, imħabbar minn qabel fil-Kotba tal-Messaġġiera, li minnHom is-sew ikun magħżul mill-għelt u l-għerf ta’ kull amar ikun mistħarreġ. Fis-sew Huwa is-Siġra tal-Ħajja li tagħmel il-frott t’Alla, il-Għoli, il-Qawwi, il-Kbir.

O Aḥmad! Kun inti xhud li fis fis-sewwa Huwa Alla u li m’hemmx Alla għajr Hu, is-Sultan, Dak li Jħares, li Bħalu M’Hemmx, Li Jista’ Kollox. U li Dak Li Hu bagħat bl-isem ta’ Alí kien il-Wieħed tabilħaqq mibgħut minn Alla, li għall-amar tiegħU aħna lkoll noqgħodu.

Għid: O ġnus obdu l-amar t’Alla, li kienu mħeġġa fil-Bayan mill-Glorjuż, il-Għaref. Fis-sew Hu is-Sultan tal-Messaġġiera u il-Ktieb tiegħU huwa il-Ktieb Omm li kontu tafu.

Hekk l-Użinjol ilissen is-sejħa tiegħU lilkom minn dan il-ħabs. Hu kellu biss iwassal dan il-messaġġ ċar. Kulmin jixtieq, ħalli jwarrab minn dan il-parir u kulmin jixtieq ħalli jagħżel it-triq tas-Sid tiegħu.

O ġnus, jekk tiċħdu dawn il-vrus, b’liema xiehda emmintu f’Alla? Uruha, O ġemgħa ta’ qarrieqa.

Le, fuq Dak li f’idU tinsab ruħi, m’humiex, u qatt ma jkunu jistgħu jagħmlu dan, ukoll jekk jingħaqdu biex igħinu wieħed lill-ieħor.

O Aḥmad! La tinsiex tjibatI meta ma nkunx hawn. Iftakar il-jiem tiegħI matul il-jiem tiegħek, u l-għali u l-eżilju tiegħi f’dan il-ħabs imbiegħed. U kun int hekk sod fl-imħabba tiegħI li qalbek ma togħtorx, ukoll jekk ix-xwabel tal għadu ifajru d-daqqiet fuqek u s-smewwiet kollha u l-art iqumu kontra tiegħek.

Kun int bħal ilsien tan-nar għall-egħdewwa tiegħI u xmara ta’ ħajja eterna għall-maħbubin tiegħI, u tkunx minn dawk li jiddubitaw.

U jekk int tinħakem mill-hemm fit-triq tiegħI, jew tisfa’ mbaxxi mħabba fijA, xejn la tinkwieta.

Oqgħod fuq Alla, Alla tiegħek u Sid missirijietek. Għax il-ġnus qed jimirħu fit-toroq tal-qerq, imċaħħda mill-għarfien ħalli jaraw ’l Alla b’għajnejhom stess, jew jisimgħu l-Għanja tiegħU b’widnejhom stess. Hekk sibnihom Aħna, kif tixhed int ukoll.

Hekk sar twemminhom fieragħ bħalma star bejnhom u bejn qlubhom u żammhom mit-triq t’Alla, il-Għoli, il-Kbir.

Kun inti żgur fik innifsek li fis-sewwa, dak li jwarrab minn dan il-Ġmiel ikun warrab ukoll mill-Messaġġiera tal-imgħoddi u juri kburija lejn Alla minn eternità għal eternità.

Itgħallem sewwa din it-Tavla, O Aḥmad. Għanniha matul il-jiem tiegħek u żżommx lilek innifsek lura minnha. Għax fis-sew, Alla amar għal min igħanniha, il-ħlas ta’ mit martri u qadi fiż-żewġ dinjiet. Dawn il-għoġbat Aħna xerridna fuqek bħala tjieba min-naħa tagħNa u ħniena mill-preżenza tagħNa, biex inti tkun fost dawk li huma grati.

F’ġieh Alla! Jekk wieħed li jinsab f’xi saram jew niket jaqra din it-Tavla bl-akbar sinċeritá, Alla jkeċċilu id-diqa tiegħu, iħoll il-għawġ tiegħu u jneħħilu n-niket tiegħu.

Fis-sew, Hu il-Hanin, li Jagħder. Tifħir lil Alla, is-Sid tad-dinjiet kollha.

#7997
- Bahá'u'lláh

 

IT-TWAVEL TAL-VIŻITAZZJONI

IT-TWAVEL TAL-VIŻITAZZJONI

(Din it-Tavla tinqara fl-Imqades ta’ Bahá’u’lláh u l-Báb. Tintuża spiss ukoll biex tfakkar l-anniversarji tagħHom)

It-tifħir li sebbaħ mill-Innifs awgust tiegħeK, u l-glorja li iddiet minn ĠmieleK l-aktar middi, jistriħu fuqek, O Int Li int il-Wirja tal-Kobor, u s-Sultan ta’ l-Eternità, u s-Sid ta’ kulma hu fis-sema u fuq l-art! Jiena nixhed li minneK is-sovranità t’Alla u d-dominju tieghU, u l-maestà t’Alla u l-kobor tiegħU, kienu murija, ul-Kwiekeb tal-Jum tad-dija qadima xerrdu d-dija tagħhom fis-sema tad-digriet tiegħeK lima jitreġġax lura, u l-Ġmiel ta’ Dak li ma Jidhirx idda fuq is-sefaq tal-ħolqien. Jiena nixhed, barra minn dan, li biss b’taħrika tal-Pinna tiegħeK l-amar tiegħeK “Kun” ġie inforzat, u s-Sigriet moħbi t’Alla kien ġie mikxuf, u l-ħwejjeġ kollha maħluqa ġew imsejħa jkunu, u r-Rivelazzjonijiet kollha imniżżla.

Jiena nixhed, barra minn dan, li minn ġmieleK il-ġmiel tal-Wieħed Adorat kien ġie mikxuf, u minn wiċċeK il-wiċċ tal-Wieħed Mixtieq idda ‘l barra, u li minn kelma minneK Int iddeċidejt bejn il-ħwejjeġ kollha maħluqa, iġġagħal lil dawk devoti lejK jitilgħu sal-quċċata tal-glorja, u l-infidili jaqgħu fl-abbiss l-aktar baxx.

Jiena nixhed li dak li kien jafeK kien jaf lil Alla, u dak li kien ġie fil-preżenza tiegħeK kien ġie fil-preżenza t’Alla. Kbira, immela, hija l-barka ta’ dak li kien emmen fiK, u fl-egħliem tiegħeK, u umilja ruħu quddiem is-sovranità tiegħeK u kien ġie onorat bil-laqgħa miegħeK, u kien kiseb il-għoġba tajba tar-rieda tiegħeK, u dar madwarek, u waqaf quddiem it-tron tiegħeK. Ħażin għal dak li kien ħadha kontra tiegħeK, u ċaħdek, u warrab l-egħliem tiegħeK, u ċekken is-sovranità tiegħeK, u qam kontra tiegħeK, u żżarġan kburi quddiem wiċċeK, u kien ħaqqaq dwar ix-xhieda tiegħeK, u ħarab mill-ħakma tiegħeK u d-dominju tiegħeK, u ngħadd mal-infidil li isimhom ġie miktub mis-swaba’ tal-werrieta tiegħeK fuq it-Twavel imqaddsa.

Rejjaħ, immela, lejja, O Alla tiegħi u Maħbub tiegħi, mill-id leminija tal-Ħniena tiegħeK u tal-imħabba-ħanina tiegħeK, in-nifsijiet imqaddsa tal-favuri tiegħeK, ħalli iwarrbuni minni nnifsi u mid-dinja għal ġol-qrati tal-qarbien tiegħeK u tal-preżenza tiegħeK. Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. Int, fis-sewwa, kont suprem fuq il-ħwejjeġ kollha.

It-Tifkira t’Alla u t-tifkira tiegħU, u l-glorja t’Alla u d-dija tagħammex tiegħU, jinżlu fuqeK, O Int Li int il-Ġmiel tiegħU! Jiena nixhed li l-għajn tal-ħolqien qatt ma għarrxet fuq wieħed midnub kontra bħaleK. Int kont imgħaddas il-jiem kollha ta’ ħajteK taħt oċejan ta’ għawġ u tiġrib. F’ħin minnhom Int kont imxekkel bl-irbit u l-ktajjen; f’ieħor Int kont imhedded mix-xabla tal-egħdewwa tiegħeK. B’dankollu, minkejja dan kollu, Int ħeġġigt lill-bnedmin kollha biex josservaw dak li kien irrikmandat lileK minn Dak Li Jaf-Kollox, il-Għaref-f’Kollox.

Jalla l-ispirtu tiegħi ikun sagrifiċċju għan-nuqqasijiet li Int ġarrabt, u ruħi tkun rahan għall-kuntrarji li kellek issofri. Nitlob lil Alla, permezz tiegħeK u dawk li wiċċhom kien imdawwal bid-dijiet tad-dawl ta’ wiċċeK, u li, għall-imħabba tiegheK, osservaw kollox dwar ’il fejn kienu imsejħa, biex tneħħi l-istarijiet li ġew bejneK u l-ħlejjaq tiegħeK, u biex tfornini bit-tajjeb ta’ din id-dinja u tad-dinja li ġejja. Int, fis-sew, is-Setgħani, l-Aktar Għoli, il-Glorjuż-f’Kollox, Dak li Jaħfer Dejjem, Dak li Jagħder l-Aktar.

Bierek Int, O Sid Alla tiegħi, is-Siġra Divina tal-Lotu u l-weraq tagħha, u l-friegħi tagħha, u z-zkuk tagħha, u l-egħruq tagħha, sakemm it-titli l-aktar eċċellenti tiegħeK idumu u l-attributi l-aktar awgust tiegheK idumu. Ħarisha, immela, mis-saram tal-għadu u l-armati tat-tirannija. Int, fis-sew, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi. Bierek Int, O Sid Alla tiegħi, il-qaddejja tiegheK irġiel u nisa li qarrbu lejK. Int, fis-sew, it-Tajjeb-f’Kollox, li l-grazzja tiegħeK hija bla tarf. M’hemmx Alla għajr Int, li Jaħfer-Dejjem, l-Aktar Ġeneruż.

#7998
- Bahá'u'lláh