Return to BahaiPrayers.net
Facebook
Glorja lileK, O Sid Alla tiegħi! Nitolbok f’ġieh il-Magħżulin tiegħeK, u f’ġieh ir-Reffiegħa tal-Fiduċja tiegħeK, u f’ġieh Dak Li Int għażilt biex ikun is-Siġill tal-Profeti tiegħeK u tal-Qaddejja tiegħeK, biex tagħmel il-fakra fiK is-sieħba tiegħi, u l-imħabba tiegħeK il-mira tiegħi, u wiċċeK il-għan tiegħi, u ismeK il-lampa tiegħi, u xewqteK xewqti,
u l-għoġba tiegħek l-għaxqa tiegħi.
Jiena midneb, O Sid tiegħi, u Inti Dak li Dejjem-Taħfer. Malli jien għarafteK, jien għaġġilt biex nikseb il-qorti għolja ta’ mħabbteK-ħanina. Aħfirli, O Sid tiegħi, dnubieti li żammewni lura milli nimxi fil-passi tal-għoġba tajba tiegħeK, u milli nilħaq is-xtut tal-oċejan ta’ waħdaneK.
M’hemm ħadd, O Sid tiegħi, li jaf jurini tjieba li lejh nista’ ndawwar wiċċi, u ħadd li jista’ jħenn għalija li nista’ nixxennaq għall-ħniena tiegħu. Tkeċċinix ‘il barra, nitolboK, mill-preżenza tal-grazzja tiegħeK, lanqas Inti ma żżomm lura minni it-tixrid tal-ġenerożità u t-tjieba tiegħeK. Amar għalija, O Sid tiegħi, dak li Int amart għal dawk li jħobbuK, u niżżel għalija dak li Inti ktibt għall- magħżulin tiegħeK. Ħarsti, il-ħin kollu, kienet imwħħla fuq ix-xefaq tal-providenza ħlejja tiegħeK, u għajnejja mdawrin għal fuq il-qorti tal-ħniniet teneri tiegħeK. Agħmel bija dak li jogħġob lileK. M’hemmx Alla ieħor għajreK, l-Alla tas-setgħa, l-Alla tal-glorja, li l-ghajnuna tiegħU tintalab mill-bnedmin kollha.
- Bahá'u'lláh