Return to BahaiPrayers.net
Facebook
Hu Dak li Jagħti, Ta’ Qalb Kbira!
Tifħir lil Alla, il-Qadim, Li Jgħammar-Dejjem, Li Ma Jinbidilx, Li Ma Jintemmx! Hu li kien xehed fl-Essenza tiegħU li fis-sewwa Huwa Hu, il-Waħdani, il-Qatt Imxekkel, il-Għoli. Aħna xhieda li fis-sewwa m’hemmx Alla għajru, nagħrfu li Huwa, nistqarru waħdanU. Hu għex minn dejjem f’għoljiet ma jintlaħqux, fil-qċaċet ta-għoli tiegħU, imqaddes minn kull titrif għajr Huwa Nnifsu, ħieles minn kull tifsir għajr Huwa.
U meta Hu xtaq juri l-grazzja u t-tjieba lill-bnedmin, u jqiegħed id-dinja fl-ordni, Huwa kixef amar u ħoloq liġijiet; fosthom Huwa waqqaf fis-sod il-liġi taż-żwieġ, għamilha bħala fortizza għas-saħħa u l-ħelsien, u amarha lilna f’dak li gie mniżżel mis-sema tal-qdusija fil-Ktieb l-Aktar Qaddis tiegħU. Huwa qal, hekk kbira hi l-glorja tiegħU: “Iżżewġu, O ġnus, ħalli minnkom ikun jista’ jfeġġ dak li jfakkarnI fost il-qaddejja tiegħI; dan huwa wieħed mill-kmandamenti tiegħI lilkom; obduh bħala għajnuna għalikom infuskom.”
- Bahá'u'lláh