Return to BahaiPrayers.net
Facebook
TALBA OBLIGATORJA MEDJA (Medium Obligatory Prayer)
TINGHAD KULJUM, FIL-GĦODU, F’NOFS IN-NĦAR, U FIL-GĦAXIJA
Kulmin jixtieq jitlob ħalli jaħsel idejħ, u waqt li jaħsilħom igħid:
Saħħaħli idi, O Alla tiegħi, sabiex tkun tista’ taħfen il-Ktieb tiegħeK hekk tajjeb li
l-folol dinjija ma jkollhomx setgħa fuqu. Ħarsu, immela, mit-tbagħbis kollu li mhux tiegħu. Int Hu fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi.
U waqt li qed jaħsel wiċċu, igħid
Jien dawwart wiċċi lejK, O Sid tieħhi! Dawlu bid-dija ta’ wiċċeK. Ħarsu, immela milli jdur lejn xi ħaddieħor għajreK.
Iqum imbagħad, u jħares lejn il-Qiblih (Punt ta’ Qima, jiġifieri, Bahjí ‘Akká), igħid:
Alla xehed li m’hemmx Alla ieħor għajrU. Tiegħu salniet ir-Rivelazzjoni u tal-ħolqien. Hu, fis-sew, wera lilU Nnifsu li Hu Għajn-il Jum tar-Rivelazzjoni, li tħaddet fuq is-Sinaj, li minnU l-Ogħla Xefaq iġġagħal jiddi, u Siġret li Lotu li m’hemmx triq lil hinn minnha itkellmet, u li minnU kienet mistqarra s-sejħa lil dawk kollha li jinsabu fis-sema u fl-art: “Araw, Dak Li Għandu Kollox ġie. L-art u s-sema, il glorja u s-setgħa huma t’Alla, is-Sid tal bnedmin kollha, u Sid tat-Tron fil-għoli u ta’ l-art taħtana!”
Jitbaxxa, mbagħad, b’idejh fuq irkobbtejh, u jgħid:
Merfugħ Int fuq it-tifħir tieghi u t-tifħir ta’ kulmin jinsab biswiti, fuq tifsil ħsiebi u tifsil ħsieb dawk kollħa li jinsabu fis-sema u dawk kollha fuq l-art!
Imbagħad, bil- wieqfa b’idejh miftuħa, il-pali ‘l fuq lejn wiċċu, igħid:
Twarrabx minn xewqtu, O Alla tiegħi, lil dak li, b’subgħajn jitolbu, iggranfa mal-keffa tal-ħniena tiegħeK u tal-grazzja tiegħeK, O Int li minn dawk li juru ħniena Int l-Aktar Ħanin!
Joqgħod, imbagħad, bil-qiegħda u jgħid:
Jien xhud tal-għaqda tiegħeK u tal-waħdan tiegħeK, u li Inti Alla, u li m’hemmx Alla ieħor ghajreK. Inti, fis-sewwa, kxift il-Kawża tiegħeK, u wettaqt il-Ftehim tiegħeK, u ftaħt beraħ il-bieb tal-grazzja tiegħeK lil dawk kollha li jgħixu fis-sema u fuq l-art. Il barka u s-sliem, il-merħba u l-glorja, iserrħu fuq dawk illi tħobb Inti, li t-tibdiliet u il-ġrajjiet tad-dinja ma żammewhomx lura milli jduru lejK, u li taw kulma kellhom, bit-tama li jiksbu dak li jagħmel minneK. Inti, fis-sewwa, Dak li Jaħfer-Dejjem, il-Ġid-Kollu.
(Jekk xi hadd jagħżel igħid minflok il-vers twil dawn il-kelmiet: “Alla xehed li m’hemmx Alla ieħor għajrU, l-Għajnuna fit-Tiġrib, li Tgħix Fik Innifsek,” ikun biżżejjed. U hekk ukoll, ikun biżżejjed jekk huwa, waqt li jkun bil qiegħda, jagħżel li jgħid dawn il kelmiet: “Jien xhud tal-għaqda tiegheK u tal-waħdan tiegħeK, u li Inti Alla, u li m’hemmx Alla ieħor għajreK.”)
- Bahá'u'lláh