Return to BahaiPrayers.net
Facebook
IT-TAVLA TA’ AḤMAD
“Dan it-talb obbligatorju ta’ kuljum, flimkien ma’ xi talbiet oħra speċifiċi, bħat-Talba għall-Fejqan, it-Tavla ta’ Aḥmad, ġie mogħni minn Bahá’u’lláh b’qawwa u sinjifikat speċjali, u għalhekk għandu jkun milqugħ bħala tali u jkun reċitat mill-aderenti b’fidi u fiduċja sħiħa, biex permezz tiegħu huma jidħlu f’kommunjoni eqreb ma’ Alla, u jidentifikaw lilhom infushom b’aktar sħuħija mal-liġijiet u l-preċetti tiegħU.” – Minn ittra miktuba għal Shoghi Effendi.
Huwa is-Sultan, li Jaf Kollox, il-Għaref!
Hekk, l-Użinjol tal-Ġenna jgħanni fuq il-friegħi tas-Siġra tal-Eternità, b’għanjiet imqaddsa u ħlejja, ixandar lis-sinċieri l-aħbarijiet ta’ qarbien Alla, isejjaħ lil dawk li jemmnu fl-Għaqda Divina lejn il-qorti tal-Preżenza tal-Ġeneruż, igħarraf lil dawk maqtugħa barra bil-messaġġ li kien mikxuf minn Alla, is-Sultan, il-Glorjuż, li M’Hawnx Bħalu, imexxi l-maħbubin lejn il-maqgħad tal-qdusija u lejn dan il-Ġmiel middi.
Fis-sew dan huwa dak l-Akbar Ġmiel, imħabbar minn qabel fil-Kotba tal-Messaġġiera, li minnHom is-sew ikun magħżul mill-għelt u l-għerf ta’ kull amar ikun mistħarreġ. Fis-sew Huwa is-Siġra tal-Ħajja li tagħmel il-frott t’Alla, il-Għoli, il-Qawwi, il-Kbir.
O Aḥmad! Kun inti xhud li fis fis-sewwa Huwa Alla u li m’hemmx Alla għajr Hu, is-Sultan, Dak li Jħares, li Bħalu M’Hemmx, Li Jista’ Kollox. U li Dak Li Hu bagħat bl-isem ta’ Alí kien il-Wieħed tabilħaqq mibgħut minn Alla, li għall-amar tiegħU aħna lkoll noqgħodu.
Għid: O ġnus obdu l-amar t’Alla, li kienu mħeġġa fil-Bayan mill-Glorjuż, il-Għaref. Fis-sew Hu is-Sultan tal-Messaġġiera u il-Ktieb tiegħU huwa il-Ktieb Omm li kontu tafu.
Hekk l-Użinjol ilissen is-sejħa tiegħU lilkom minn dan il-ħabs. Hu kellu biss iwassal dan il-messaġġ ċar. Kulmin jixtieq, ħalli jwarrab minn dan il-parir u kulmin jixtieq ħalli jagħżel it-triq tas-Sid tiegħu.
O ġnus, jekk tiċħdu dawn il-vrus, b’liema xiehda emmintu f’Alla? Uruha, O ġemgħa ta’ qarrieqa.
Le, fuq Dak li f’idU tinsab ruħi, m’humiex, u qatt ma jkunu jistgħu jagħmlu dan, ukoll jekk jingħaqdu biex igħinu wieħed lill-ieħor.
O Aḥmad! La tinsiex tjibatI meta ma nkunx hawn. Iftakar il-jiem tiegħI matul il-jiem tiegħek, u l-għali u l-eżilju tiegħi f’dan il-ħabs imbiegħed. U kun int hekk sod fl-imħabba tiegħI li qalbek ma togħtorx, ukoll jekk ix-xwabel tal għadu ifajru d-daqqiet fuqek u s-smewwiet kollha u l-art iqumu kontra tiegħek.
Kun int bħal ilsien tan-nar għall-egħdewwa tiegħI u xmara ta’ ħajja eterna għall-maħbubin tiegħI, u tkunx minn dawk li jiddubitaw.
U jekk int tinħakem mill-hemm fit-triq tiegħI, jew tisfa’ mbaxxi mħabba fijA, xejn la tinkwieta.
Oqgħod fuq Alla, Alla tiegħek u Sid missirijietek. Għax il-ġnus qed jimirħu fit-toroq tal-qerq, imċaħħda mill-għarfien ħalli jaraw ’l Alla b’għajnejhom stess, jew jisimgħu l-Għanja tiegħU b’widnejhom stess. Hekk sibnihom Aħna, kif tixhed int ukoll.
Hekk sar twemminhom fieragħ bħalma star bejnhom u bejn qlubhom u żammhom mit-triq t’Alla, il-Għoli, il-Kbir.
Kun inti żgur fik innifsek li fis-sewwa, dak li jwarrab minn dan il-Ġmiel ikun warrab ukoll mill-Messaġġiera tal-imgħoddi u juri kburija lejn Alla minn eternità għal eternità.
Itgħallem sewwa din it-Tavla, O Aḥmad. Għanniha matul il-jiem tiegħek u żżommx lilek innifsek lura minnha. Għax fis-sew, Alla amar għal min igħanniha, il-ħlas ta’ mit martri u qadi fiż-żewġ dinjiet. Dawn il-għoġbat Aħna xerridna fuqek bħala tjieba min-naħa tagħNa u ħniena mill-preżenza tagħNa, biex inti tkun fost dawk li huma grati.
F’ġieh Alla! Jekk wieħed li jinsab f’xi saram jew niket jaqra din it-Tavla bl-akbar sinċeritá, Alla jkeċċilu id-diqa tiegħu, iħoll il-għawġ tiegħu u jneħħilu n-niket tiegħu.
Fis-sew, Hu il-Hanin, li Jagħder. Tifħir lil Alla, is-Sid tad-dinjiet kollha.
- Bahá'u'lláh