Return to BahaiPrayers.net   Facebook

IT-TWAVEL TAL-VIŻITAZZJONI

(Din it-Tavla tinqara fl-Imqades ta’ Bahá’u’lláh u l-Báb. Tintuża spiss ukoll biex tfakkar l-anniversarji tagħHom)

It-tifħir li sebbaħ mill-Innifs awgust tiegħeK, u l-glorja li iddiet minn ĠmieleK l-aktar middi, jistriħu fuqek, O Int Li int il-Wirja tal-Kobor, u s-Sultan ta’ l-Eternità, u s-Sid ta’ kulma hu fis-sema u fuq l-art! Jiena nixhed li minneK is-sovranità t’Alla u d-dominju tieghU, u l-maestà t’Alla u l-kobor tiegħU, kienu murija, ul-Kwiekeb tal-Jum tad-dija qadima xerrdu d-dija tagħhom fis-sema tad-digriet tiegħeK lima jitreġġax lura, u l-Ġmiel ta’ Dak li ma Jidhirx idda fuq is-sefaq tal-ħolqien. Jiena nixhed, barra minn dan, li biss b’taħrika tal-Pinna tiegħeK l-amar tiegħeK “Kun” ġie inforzat, u s-Sigriet moħbi t’Alla kien ġie mikxuf, u l-ħwejjeġ kollha maħluqa ġew imsejħa jkunu, u r-Rivelazzjonijiet kollha imniżżla.

Jiena nixhed, barra minn dan, li minn ġmieleK il-ġmiel tal-Wieħed Adorat kien ġie mikxuf, u minn wiċċeK il-wiċċ tal-Wieħed Mixtieq idda ‘l barra, u li minn kelma minneK Int iddeċidejt bejn il-ħwejjeġ kollha maħluqa, iġġagħal lil dawk devoti lejK jitilgħu sal-quċċata tal-glorja, u l-infidili jaqgħu fl-abbiss l-aktar baxx.

Jiena nixhed li dak li kien jafeK kien jaf lil Alla, u dak li kien ġie fil-preżenza tiegħeK kien ġie fil-preżenza t’Alla. Kbira, immela, hija l-barka ta’ dak li kien emmen fiK, u fl-egħliem tiegħeK, u umilja ruħu quddiem is-sovranità tiegħeK u kien ġie onorat bil-laqgħa miegħeK, u kien kiseb il-għoġba tajba tar-rieda tiegħeK, u dar madwarek, u waqaf quddiem it-tron tiegħeK. Ħażin għal dak li kien ħadha kontra tiegħeK, u ċaħdek, u warrab l-egħliem tiegħeK, u ċekken is-sovranità tiegħeK, u qam kontra tiegħeK, u żżarġan kburi quddiem wiċċeK, u kien ħaqqaq dwar ix-xhieda tiegħeK, u ħarab mill-ħakma tiegħeK u d-dominju tiegħeK, u ngħadd mal-infidil li isimhom ġie miktub mis-swaba’ tal-werrieta tiegħeK fuq it-Twavel imqaddsa.

Rejjaħ, immela, lejja, O Alla tiegħi u Maħbub tiegħi, mill-id leminija tal-Ħniena tiegħeK u tal-imħabba-ħanina tiegħeK, in-nifsijiet imqaddsa tal-favuri tiegħeK, ħalli iwarrbuni minni nnifsi u mid-dinja għal ġol-qrati tal-qarbien tiegħeK u tal-preżenza tiegħeK. Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. Int, fis-sewwa, kont suprem fuq il-ħwejjeġ kollha.

It-Tifkira t’Alla u t-tifkira tiegħU, u l-glorja t’Alla u d-dija tagħammex tiegħU, jinżlu fuqeK, O Int Li int il-Ġmiel tiegħU! Jiena nixhed li l-għajn tal-ħolqien qatt ma għarrxet fuq wieħed midnub kontra bħaleK. Int kont imgħaddas il-jiem kollha ta’ ħajteK taħt oċejan ta’ għawġ u tiġrib. F’ħin minnhom Int kont imxekkel bl-irbit u l-ktajjen; f’ieħor Int kont imhedded mix-xabla tal-egħdewwa tiegħeK. B’dankollu, minkejja dan kollu, Int ħeġġigt lill-bnedmin kollha biex josservaw dak li kien irrikmandat lileK minn Dak Li Jaf-Kollox, il-Għaref-f’Kollox.

Jalla l-ispirtu tiegħi ikun sagrifiċċju għan-nuqqasijiet li Int ġarrabt, u ruħi tkun rahan għall-kuntrarji li kellek issofri. Nitlob lil Alla, permezz tiegħeK u dawk li wiċċhom kien imdawwal bid-dijiet tad-dawl ta’ wiċċeK, u li, għall-imħabba tiegheK, osservaw kollox dwar ’il fejn kienu imsejħa, biex tneħħi l-istarijiet li ġew bejneK u l-ħlejjaq tiegħeK, u biex tfornini bit-tajjeb ta’ din id-dinja u tad-dinja li ġejja. Int, fis-sew, is-Setgħani, l-Aktar Għoli, il-Glorjuż-f’Kollox, Dak li Jaħfer Dejjem, Dak li Jagħder l-Aktar.

Bierek Int, O Sid Alla tiegħi, is-Siġra Divina tal-Lotu u l-weraq tagħha, u l-friegħi tagħha, u z-zkuk tagħha, u l-egħruq tagħha, sakemm it-titli l-aktar eċċellenti tiegħeK idumu u l-attributi l-aktar awgust tiegheK idumu. Ħarisha, immela, mis-saram tal-għadu u l-armati tat-tirannija. Int, fis-sew, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi. Bierek Int, O Sid Alla tiegħi, il-qaddejja tiegheK irġiel u nisa li qarrbu lejK. Int, fis-sew, it-Tajjeb-f’Kollox, li l-grazzja tiegħeK hija bla tarf. M’hemmx Alla għajr Int, li Jaħfer-Dejjem, l-Aktar Ġeneruż.

 


English  
ភាសាខ្មែរ  
አማርኛ.  
Afrikaans  
Alaska Native  
American Indian  
Azərbaycan  
Bahasa Indonesia  
Bahasa Malaysia  
Bidayuh  
Bosanski  
Canadian Indigenous  
Català  
Cebuano  
Česky  
Chamorro  
Chichewa  
Corsica  
Cymraeg  
Daga  
Dansk  
Deutsch  
Dzongkha  
Eesti  
Español  
Esperanto  
Euskara  
Fiji  
Filipino  
Føroyar  
Français  
Frysk  
Hausa  
Hawaiian  
Hiri Motu  
Hrvatski  
Irish  
Íslenska  
Italiano  
Kabyle  
Kalaallisut  
Kiribati  
Kiswahili  
Kreyol Ayisyen  
Kuanua  
Kube  
Latviešu  
Lëtzebuergesch  
Lietuvių  
Luganda  
Magyar  
Malagasy  
Malti  
Māori  
Marshallese  
Melpa  
Montenegrin  
Nalik  
Namibia  
Nederlands  
Norsk  
Papiamentu  
Polski  
Português (BR)  
România  
Sámi  
Samoan  
Sarawak  
Sesotho  
Shqip  
Slovenščina  
Slovensky  
Sranan Tongo  
Srpski српски  
Suomi  
Svenska  
Tetum  
Tiếng Việt  
Tok Pisin  
Tongan  
Türkçe  
Türkmençe  
Tuvalu  
Vanuatu  
ελληνικά  
Беларускі  
български  
Кыргыз  
Монгол хэл  
Русский  
Тоҷикӣ  
Україна  
հայերեն  
اُردُو  
العربية  
فارسی  
नेपाली  
मराठी  
हिंदी  
বাংলা  
ગુજરાતી  
ଓଡ଼ିଆ  
தமிழ்  
తెలుగు  
ಕನ್ನಡ  
മലയാളം  
ภาษาไทย  
ພາສາລາວ  
한국어  
日本語  
简体中文  
繁體中文  
Windows / Mac